Left arrow Go Back

Il-President George Abela jinawgura ‘Lejlet Lapsi, Notte Gozitana’

PR0895
Date Icon 22/05/2009
Ilwien, entużjażmutaż-żgħażagħ u għadd ta’ attivitajiet fil-biċċa l-kbira b’sehem sħiħ tat-tfal, laqgħu lill-President George Abela meta llum inawgura uffiċjalment l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Lejlet Lapsi, Notte Gozitana fir-Rabat, Għawdex.
Il-President Abela ntlaqa’fil-port tal-Imġarr mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono. Minn hemm il-President ittieħed iżur uħud mill-attivitajiet li qed iwasslu lil Għawdex ikun kalamita għal tant nies, Maltin u barranin, f’dan tmiem il-ġimgħa.
Fost oħrajn, saru żjaratfil-Kumpless Sportiv għall-attività annwali tal-iSkolasport; f’Misraħ San Franġisk fejn saret wirja mill-iSbandieratoridella Contrade della Cerva ta’ Venezja; fil-Ministeru għal Għawdex u fil-Kurja tal-Isqof, f’Misraħ l-Indipendenza u f’Misraħ il-Kattidral fiċ-Ċittadella.
Il-President Abela ġie mdawwarma’ diversi wirjiet u attenda wkoll attivitajiet ta’ tpinġija u daqq ta’ mużika mit-tfal.
Il-President George Abelakkummenta fuq is-sens kbir ta’ kultura f’Għawdex u li f’kull wirja tispikka b’mod speċifiku  l-karatteristika Għawdxija.

DOI – 22.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow