Żoni għall-għawm
PR0894
22/05/2009
| Il-Gvern qiegħed | iżomm l-appuntament tiegħu għall-kampanja ta’ sigurta’ fuq il-baħar. Issa li bdiet tiela t-temperatura, ħafna familji jibdew jaħsbu biex igawdu l-baħar. Il-Gvern hu responsabbli li x-xtajtiet, u l-baħar ikunu ta’ sigurta’ kemm għall-għawwiema kif ukoll għal min għandu dgħajjes jew bċejjeċ oħra tal-baħar. |
| Dan mhux biss hu | dover tagħna izda permezz ta’ infurzar b’saħħtu nistgħu ngħidu li l-bajjiet tagħna joffru serħan il-moħħ kemm għall-familja Maltija, kif ukoll għall-ammont ta’ turisti li jiġu f’pajjiżna apposta għall-baħar. Dan ifisser li nkunu qed noffru prodott superjuri wkoll. |
| Persuni misjuba ħatja | 2007 = 146 |
| Persuni misjuba ħatja | 2008 = 178 |
| Dawn huma r-raġunijiet | ewlenin għall-inizjattivi li qed tħabbar l-Awtorita’ Marittima llum. |
| Fost miżuri oħra, | din is-sena qed inħabbru: |
· Organizzazzjoni aħjar u żieda fiż-żoni tajba għall-għawm.
· Ri-organizzazzjoni tal-Blue Lagoon f’Kemmuna
· U bagi ġodda li juru sinjali ċari ta’ kemm trid tkun il-veloċita’ f’dik iż-żona.
| Żoni | għall-għawm |
| Dawn iż-żoni | sas-sena l-oħra kienu 26 u issa żidnihom għal 37 għax implimentajna miżuri ta’ sigurta’ akbar f’xi bajjiet. Il-miżuri jinkludu żoni li fihom ma jistgħux jidħlu dgħajjes, jet skis, eċċ, restrizzjoni fil-veloċita’ meta wieħed joqrob lejn iż-żoni ta’ l-għawm u l-projbizzjoni ta’ rbit ta’ dgħajjes f’dawn iż-żoni. |
| Ri-organizazzjoni tal-Blue Lagoon | f’Kemmuna |
| Hawnhekk kulħadd | jaf u jiftakar il-konġestjoni li kienet tinħoloq kuljum – konġestjoni li kienet ta’ periklu kbir. L-Awtorita’ Marittima ta’ Malta (MMA) permezz ta’ diversi miżuri qed taħseb bis-serjeta’ biex tissalvagwardja lil kull min ikunu f’din il-bajja. |
| Fil-Blue | Lagoon kienu jinġemgħu ammont ta’ operaturi kummerċjali, familji bid-dgħajjes privati u għawwiema. Barra l-periklu li kien qed jinħoloq sal-lum kien qed isir impatt negattiv fuq l-ambjent ta’ l-inħawi. |
| Il-bagi li jindikaw il-massimu | ta’ veloċita’ |
| Il-Gvern ħass il-bżonn li jirregola l-veloċita’ | anke fuq il-baħar speċjalment fuq il-parti tat-Tramuntana tal-ibħar tagħna, jiġifieri mill-Port il-Kbir sa Marsalforn. Dan għaliex fix-xhur tas-sajf hawnhekk tinħoloq konġestjoni. |
| Biex dan iseħħ l-Awtorita’ Marittima investiet | f’dgħajsa armata apposta li permezz tagħha l-Pulizija se jkunu qed jinfurzaw ir-regolamenti stabbiliti. |
| Barra dawn il-miżuri, l-MMA se tkun qed tinvesti | f’kampanja edukattiva biex toħloq kuxjenza għall-perikli kollha li jista’ jkun hemm fuq il-baħar. Fil-fatt qed ikun ikkunsidrat tibdil fil-liġi speċjalment fejn tidħol l-eta’ ta’ min isuq opri tal-baħar u s-saħħa tal-magni tad-dgħajjes, jet skis, eċċ. |
| Ir-Regolameni jidhlu fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju u | jibqgħu fis-seħħ sal-15 t’Ottubru ta’ kull sena. |
| L-Awtorita’ Marittima ta’ Malta flimkien | mal-Pulizija se tkun qed tissorvelja kontinwament li ma jinkisrux dawn ir-regolamenti speċjalment fil-weekends. |
DOI – 22.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984