Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT

PR0890
Date Icon 22/05/2009
Il-Kumitat Parlamentari dwarl-Affarijiet Soċjali jiddiskuti l-fertilità u l-familja Maltija
“...il-fertilità f’Malta naqsetgħal 1.3 ta’ wild għal kull mara u kull ma jmur it-twelid qed jiġi pospost għal età aktar matura...”
“Teħtieġ rata ta’ 2.1 ta’ uliedgħal kull mara sabiex il-pajjiż ikun demografikament sostenibbli u jżomm bilanċ bejn il-persuni li jaħdmu u persuni anzjani li ma jaħdmux.”
Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali sema’ kifir-riċerka demografika f’Malta qed turi li l-Maltin qed jgħixu aktar, qed ikun hawn anqas fertilità, anqas żgħażagħ, u aktar anzjani.  Barra minn hekk, id-differenza tar-rata ta’ support bejn il-persuni li jaħdmu u persuni anzjani li ma jaħdmux qed kull ma tmur tonqos.
Dr Maja Miljanic Brinkworth, espertafid-demografija qalet li l-iżvilupp demografiku jaffettwa l-istruttura tal-età tal-popolazzjoni, in-numru ta’ nies jaħdmu, il-pensjonijiet u l-konsum fil-pajjiż.  Ġie spjegat kif il-fertilità f’Malta naqset għal 1.3 ta’ wild għal kull mara u kull ma jmur it-twelid qed jiġi pospost għal età aktar matura.  Tenħtieġ rata ta’ 2.1 ta’ ulied għal kull mara sabiex il-pajjiż ikun demografikament sostenibbli.  Madanakollu, dan it-tnaqqis fil-fertilità f’Malta qed jiġi deskritt bħala wieħed mgħaġġel meta komparat ma’ pajjiżi oħra fin-naħa t’isfel tal-Ewropa, partikolarment mis-snin disgħin ‘l hawn.  Din it-transizzjoni ġiet spjegata aħjar meta wieħed ikejjilha mis-snin tletin sas-snin sittin u meta mqabbla ma’ pajjiżi bħal Franza, Italja u l-Isvezja.
Imsejħa bħala t-tieni transizzjoni demografika,Dr Miljanic Brinkworth qalet li din il-fażi hija kkaraterizzata minn ġenituri li jagħżlu li jkollhom wild wieħed sabiex ikunu ġenituri aħjar.  Barra minn hekk wieħed ma jistax ma jsemmix l-ispiża finanzjarja sabiex jibda l-familja bħal spejjeż relatati mal-proprjetà u kumditajiet oħra.  Fatturi oħrajn li jikkaratterizzaw dan it-tnaqqis fir-rata ta’ fertilità huma l-għażla ta’ aktar nisa li jkomplu jistudjaw u d-diżimpjieg taż-żgħażagħ.
Minn studju li għamlet Dr Miljanic Brinkworthħareġ li l-medja ta’ l-etajiet tal-ommijiet li jkollhom l-ewwel wild żdiedet minn 25.6 sena fl-1999 għal 26.7 sena fl-2006.  Iż-żmien ta’ bejn l-ewwel u t-tieni wild żdied minn 1.9 sena fl-2001 għal 3.3 snin fl-2006.  Fis-sena 2000, 61% tal-ommijiet welldu t-tieni wild tagħhom fl-età ta’ 28.  Fis-sena 2006 dan niżel għal 25%.  Il-medja ta’ l-età tal-ommijiet li għandhom livell ta’ edukazzjoni sekondarja u jkollhom l-ewwel wild, hija ta’ 26 sena.  Minn naħa l-oħra, ommijiet li għandhom livell ta’ edukazzjoni Universitarju, ikollhom l-ewwel wild ta’ 28 sena.
Meta niġu għat-tieni wild, bħala medja, ankel-ommijiet xebbiet ikunu erba’ snin iżgħar minn dawk miżżewġa.  Din tixhdu l-istatistika li turi li 62% tal-ommijiet xebbiet li jkollhom it-tieni wild, ikunu inqas minn 26 sena, komparat mat-23% tal-ommijiet miżżewġa.
Quddiem din l-istatistika, il-MembriParlamentari preżenti tkellmu fuq kif l-Istat irid jistabbilixxi politika għall-familja li tfassal miżuri li jagħrfu l-aħjar żmien tal-fertilità, jiġifieri dik ta’ 24 sena.  Dan għaliex il-probabilità li t-tieni wild jitwieled meta l-omm ikollha 28 huma tajbin ħafna.
Ġie diskuss ukoll għalfejn ommijiet li jkollhomlivell ta’ edukazzjoni Universitarju qed jipposponu t-tqala u kif aktar miżuri family-friendly jistgħu jtaffu dan il-posponiment.  Il-Membri flimkien ma’ Dr Milanic Brinkworth iddiskutew ir-reviżjoni fil-pensjonijiet u kif il-vulnerabilità tal-familji ġodda għandha tibqa’ jkollha importanza fl-aġenda tal-pajjiż.
Il-Membri Parlamentari fil-Kumitat dwarl-Affarijiet Soċjali ddiskutew ukoll id-diskrepanza bejn il-pagi u l-prezzijiet tal-proprjetà, it-taxxi li jistgħu jkunu soċjalment rigressivi u l-effett ta’ nuqqas ta’ tfal fis-soċjetà.  Minn riċerki internazzjonali ġie żvelat li l-ommijiet li jaħdmu u li jkollhom kemm is-support adegwat mill-Istat u mir-raġel, ikollhom numru akbar ta’ ulied.
Intqal ukoll li fil-Ġermanja u pajjiżi oħraSkandinavi, il-koppji ma joqogħdux jistennew li jixtru post sabiex jiffurmaw familja u l-kera tal-proprjetà hija l-għażla naturali.  Ġie rikonoxxut li iktar edukazzjoni favur il-bilanċ bejn il-mara u r-raġel huwa importanti f’kull qasam tal-familja. Meta l-ġenituri jkunu jaħdmu t-tnejn, ix-xogħol fid-dar irid isir mit-tnejn flimkien.
F’Malta għad fadal kultura fejn il-missirijietjikkontribwixxu ftit jew xejn fix-xogħol tad-dar u jħallu kollox f’idejn l-omm, anki jekk din tkun taħdem. Anki l-ulied għandhom jipparteċipaw fix-xogħol tad-dar. Huwa xjentifikament magħruf li dawk il-koppji li jkollhom aktar qsim ta’ responsabilitajiet, kemm fid-dar u kemm fit-trobbija tat-tfal, ikunu disposti li jkollhom aktar tfal.
Il-laqgħa tmexxiet mill-President tal-Kumitatdwar l-Affarijiet Soċjali, l-Onor Edwin Vassallo u pparteċipaw fid-diskussjoni l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Michael Farrugia, l-Onor Michael Gonzi, l-Onor Stephen Spiteri u l-Onor Francis Agius.

DOI – 22.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow