Left arrow Mur Lura

164 PERSUNA JINGĦATAW WARRANT TA’ GĦALLIEMA

PR0888
Date Icon 22/05/2009
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ uSport, l-Onor. Dolores Cristina l-bieraħ fil-għaxija tat il-Warrant lil 164 persuna, biex ikunu jistgħu jeżerċitaw il-professjoni ta’ għalliema, f’ċerimonja li matulha l-istess għalliema għamlu wegħda li jgħożżu lill-istudenti fil-kura tagħhom, jagħrfu l-individwalita’ tagħhom u jaċċettawhom kif inhuma, jgħinuhom jemmnu fil-ħiliet tagħhom u biex ikomplu jiżviluppawhom, li ma jaċċettawx l-abbuż verbali, emozzjonali u fiżiku fuq it-tfal, li jkunu ta’ eżempju għall-istudenti u li josservaw il-kodiċi ta’ etika, stipulat fil-Liġi tal-Edukazzjoni.
F’diskors li għamlet f’din l-okkażjonil-Ministru Cristina fakkret li din kienet l-ewwel darba li bħala Ministru qed tippresiedi f’ċerimonja tal-għoti ta’ Warrants lill-Għalliema u l-ewwel darba li din l-okkażjoni qed issir minn meta twaqqaf il-Kunsill tal-Warrants tal-Għalliema.
“Sa 20 sena ilu, l-għalliem u l-ħidma tiegħukienu meqjusa bħal xogħol ieħor u ma kellux l-istima li jixraqlu bħala vokazzjoni u professjoni.  Kien permezz tal-Att dwar l-Edukazzjoni tal-1988 immexxi minn wieħed mill-predeċessuri tiegħi, illum President Emeritus, Ugo Mifsud Bonnici, fejn għall-ewwel darba l-għalliema Maltin u Għawdxin ingħatalhom l-istatus ta’ professjoni.  L-għalliema allura bdew jingħataw Warrant li permezz tiegħu setgħu jeżerċitaw il-professjoni ta’ għalliema.”
F’Ġunju tal-2006, l-ex Ministru Louis Galea kienressaq emendi ġodda għal-Liġi dwar l-Edukazzjoni.  Fost dawn kien hemm emenda li permezz tagħha l-għoti tal-Warrants lill-għalliema tneħħa minn idejn il-politiċi u għadda f’idejn il-Kunsill għall-Professjoni tal-Għalliema.
“F’Lulju tas-sena li għaddiet, twaqqafil-Kunsill, li għandu bħala Chairman tiegħu lill-Avukat Edward Debono, li nixtieq pubblikament nirringrazzjah li aċċetta din in-nomina u li fid-disa’ xhur li għaddew, flimkien mal-membri l-oħra kollha tal-Kunsill, ħadem bla heda biex il-lejla qegħdin hawn biex inqassmu dawn il-Warrants.
Dan il-Kunsill fih rappreżentanti ta’ dawkkollha involuti fil-qasam tat-tagħlim.  Hemm erba’ persuni eletti mill-għalliema mis-settur primarju, sekondarju, mis-settur statali u mis-settur mhux statali. Hemm tliet membri minn fost l-uffiċjali tad-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni u d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. L-MUT li tirrappreżenta lill-għalliema għandha żewġ membri fil-Kunsill u żewġ rappreżentanti oħra mill-Universita’ flimkien ma’ rappreżentant tal-ġenituri.
Dan l-iżvilupp seħħ fi kwadru ta’ riformi fermakbar fil-qasam tal-Edukazzjoni. Riformi li poġġew il-bażi biex il-lum għandna sistema edukattiv li qed tagħti riżultati mill-aqwa għalkemm xorta nħossu l-ħtieġa li nkomplu ntejbuh u nirriformawh.
Matul is-sena li għaddiet kompla jkunimplimentat il-Ftehim tar-Riforma li kien iffirmat bejn il-Gvern u l-MUT fl-2007.  Wieħed bi pjaċir jinnota li minn madwar 70 miżura li dwarhom kien hemm qbil f’dak il-ftehim, 55 jew tliet kwarti minnhom diġa’ twettqu. Fil-jiem li ġejjin mistenni jkun konkluż ukoll Memorandum of Understanding dwar il-kategoriji tas-Supply Teachers, Supply Kindergarten Assistants u Supply Learning Support Assistants”.
Il-Ministru Cristina qalet li d-Direttorat għalServizzi Edukattivi u d-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni qed ikompli bl-ingaġġ tar-riżorsi umani neċessarji. Matul ix-xhur li għaddew kienu ngaġġati d-Diretturi Ġenerali, Diretturi, Assistenti Diretturi, Service Managers, Prinċipali tal-Kulleġġi, Uffiċjali Edukattivi, li flimkien jiffurmaw parti mit-tim ġdid edukattiv li għandhom ir-responsabbilita` tat-tmexxija fl-oqsma kollha ta’ servizzi u l-kwalita` ta’ servizzi edukattivi.
L-iskejjel primarji u sekondarji kollha f’Maltau Għawdex inqasmu f’għaxar Kulleġġi u issa kollha għandhom il-Prinċipal tagħhom. Ġew ingaġġati wkoll Kapijiet ta’ Skejjel, Għalliema u Learning Support Assistants skond il-Ftehim tar-Riforma milħuq mal-MUT.
Din is-sena kienet allokata s-somma rekord ta’€4.4 miljun biex ikompli jitwettaq l-ingaġġ ta’ professjonisti fil-qasam edukattiv kif maqbul fir-Riforma tal-Edukazzjoni. Ħarġu sejħiet għal:

·        Trainee Psychologists u Trainee Counsellors,

·        Principal Educational Officers,

·        Prefect of Discipline,

·        Trainee Career Advisors u Youth Workers,

·        Speech Therapists,

·        Occupational Therapists u

·        Precincts Officer.

Il-Ministru Cristina sostniet li l-impjegatikollha fil-qasam edukattiv huma l-iktar riżorsa importanti u meħtieġa fis-suċċess ta’ uliedna.  Irridu nkomplu nagħtu attenzjoni lit-taħrig u l-appoġġ meħtieg mill-ħaddiema kollha biex il-kwalita’ ta’ edukazzjoni li tingħata lil uliedna tkun tal-ogħla livell u tilħaq il-firxa wiesgħa ta’ ħtiġijiet ta’ uliedna. Hu meħtieġ li jingħata lil kull ħaddiem taħriġ speċjalizzat u ffokat biex ikomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom u jaġġornaw ruħhom mal-iżviluppi kontinwu li dejjem qed iseħħu f’dan is-settur.
Wieħed jirrikonoxxi wkoll illi fis-setturedukattiv hemm sfidi partikulari u jkun meħtieġ appoġġ u sostenn professjonali biex il-ħaddiema, inkluż naturalment l-għalliema, ikomplu jaqdu l-missjoni tagħhom fl-iskejjel tagħna. Għalhekk twaqqaf Staff Support Unit li qed iħares lejn il-ħtiġijiet tal-ħaddiema filwaqt li jfassal programmi differenti ta’ appoġġ.  M’hemmx dubju li dan il-unit għadu fil-bidu tiegħu imma aħna mpenjati li se nkomplu nsaħħuħ b’servizzi differenti ta’ appoġġ skond il-ħtiġijiet tal-għalliem.
Qed isir dan kollu għax il-Gvern jemmen lil-għalliem għandu sehem importanti biex is-sistema edukattiv tagħna jkompli jirnexxi għal ġid ta’ uliedna. Biex ir-riformi li qed ikunu ntrodotti jkollhom is-suċċess mixtieq, l-għalliema jridu jissieħbu mal-amministraturi u jagħmlu tagħhom dawn ir-riformi li saru wara konsultazzjoni wiesa’, inkluż mal-għalliema nfushom.
Hu b’hekk biss li nistgħu niggarantixxu linilħqu l-mira tagħna li sal-2015 nagħmlu minn pajjiżna Ċentru ta’ Eċċellenza fil-qasam tal-Edukazzjoni. Hu bis-sehem sħiħ tal-amministraturi, tal-għalliema, l-ġenituri u l-istudenti nfushom li nistgħu niggarantixxu futur mill-isbaħ għall-istudenti u ż-żgħażagħ tagħna, għall-familji tagħhom u għal pajjiżna kollu kemm hu.
Hi temmet tgħid lill-għalliema li: “filwaqt linifraħ magħkom u mal-familji tagħkom f’din l-okkażjoni sabiħa u memorabbli li fiha qed tinkurunaw snin twal ta’ studju jew ħidma, inħeġġiġkom biex tkomplu twettqu l-missjoni tagħkom b’impenn u dedikazzjoni”.
Fiċ-ċerimonja tkellmu wkoll Dr. Edward Debono,Chairman tal-Kunsill għall-Professjoni tal-Għalliema dwar id-doveri tal-għalliema skond il-liġi kif ukoll Dr. Chris Bezzina, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport dwar l-esperjenzi u l-isfidi għall-għalliema.


DOI – 22.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow