STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
PR0887
22/05/2009
| Imxejna | qlajjiet dwar restrizzjonijiet fuq sajd rikreattiv |
| Fid-dawl ta’ xi | mistoqsijiet u kummenti li qed jaslulu, il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jrid jerġa’ jikkjarifika xi miżinformazzjoni li jista’ jkun li qed tinxtered dwar sajd rikreattiv, inkluż minn ċertu sezzjonijiet tal-istampa. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali | jiċċara li l-unika speċi ta’ ħut f'Malta li tesiġi ħruġ ta’ liċenzja speċifika hija t-tonn. Infatti, matul din is-sena, Malta allokat persentaġġ tal-kwota nazzjonali tagħha tat-tonn lis-sajjieda rekreazjonali ta’ din il-ħuta, wara ftehim li ntlaħaq maż-żewġ Koperattivi tas-Sajjieda lokali. Infatti din il-ġimgħa qegħdin jintbagħtu dawn il-liċenzji individwali lil kull min applika. |
| Irid ikun iċċarat u mtenni għal darb’oħra li | m’hemm l-ebda ħsieb li jiddaħħlu xi restrizzjonijiet ġodda fuq is-sajd rikreattiv kollu li jsir bil-qasba, isir minn fejn isir. |
DOI – 22.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984