STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR0885
21/05/2009
| Maħruġ il-permess għall-iżvillup tal-Waste | Transfer Station f’Għawdex. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet | Rurali jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħruġ tal-permess għall-iżvillupp ta’ din il-faċilita tant meħtieġa biex jiġi mmaniġġjat tajjeb l-iskart tal-Gżira t’Għawdex. |
| Sa ftit snin ilu l-iskart kollu ta’ Għawdex | kien jidħol fil-Qortin. Dan kien iwassal għal nirien kontinwi nterni fil-miżbla kif ukoll il-fatt li l-Qortin kien miżbla mhux kontrollata bil-kawża li l-gassijiet tossiċi b’detriment għall-saħħet il-familji tal-madwar. |
| Il-Wasteserv b’mod għaqli fis-snin li għaddew | għalqet il-miżbla tal-Qortin. Il-Gvern ipprepara faċilita’ temporanja biex l-iskart jiġi trasferit ġo trakkijiet kbar u jitniżżel f’Malta. Apparti l-iskart domestiku kien ikun hemm ukoll l-iskart separat li kien jinġabar mill-bring in site kif ukoll skart goff ieħor bħal tyres, fridges u saqqijiet. |
| Dan l-iskart, biex jibqa sseparat, qiegħed | jiġi magħżul bl-idejn minn ħaddiema tal-Wasteserv fil-beraħ u għalhekk huma suġġetti għall-elementi tan-natura. Bil-permess li nħareġ illum Għawdex se jkollu faċilita’ moderna li tipprovdi servizz essenzjali tal-immaniġġjar tal-iskart li tassigura li ma tinfirex l-ebda kontaminazzjoni fl-ambjent tal-madwar b’detriment għas-saħħa tal-bniedem. |
| Għal dan il-proġett il-Gvern applika | għall-fondi ewropej biex iseħħ dan l-iżvillupp. Il-Proġett huwa mistenni li se jkun jiswa mal-€10 Miljun u mistenni jitlesta fis-sena 2012. Il-Gvern jistenna li issa li nħareġ il-permess u wara li kien hemm diversi tentattivi legali mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija biex dan l-iżvilllup jieqaf, niġbdu lkoll ħabel wieħed favur il-ħarsien tal-ambjent u l-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. |
DOI – 21.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984