Left arrow Go Back

AKTAR INVESTIMENT FL-EDUKAZZJONI U FIT-TAHRIG F’GHAWDEX

PR0884
Date Icon 21/05/2009
“Il-Proġetti b’fondi Ewropej li saruf’Għawdex issarrfu f’aktar opportunitajiet ta’ tagħlim u taħrig għall-istudenti u l-ħaddiema Għawdxin. Dan juri biċ-ċar illi anke f’Għawdex, is-sħubija fl-Unjoni Ewropea fissret investiment fl-istudenti u fil-ħaddiema tagħna. Bi skemi apposta għal min iħaddem inħolqu impjiegi ġodda għal Għawdxin.”
Dan qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqtżjara li għamel f’uħud mill-Proġetti u inizjattivi li saru b’fondi Ewropej f’Għawdex. Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministru għal Għawdex, Giovanna Debono u Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni.
L-ewwel proġett li żar il-Prim Ministru kieniċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri, fejn iltaqa ma’ studenti u ħaddiema li kienu qed jagħmlu taħriġ f’diversi oqsma fosthom fi stained glass, xogħol fuq il-ħadid, xogħol fuq l-injam u fuħħar. Dan iċ-Ċentru offra taħriġ lil aktar minn 1,300 student u ħaddiem f’oqsma li jvarjaw minn skultura fl-injam jew ġebel, ċeramika, bizzilla u xogħol fil-fidda. Dawn il-korsijiet jippromwovu kreativita’ u innovazzjoni filwaqt li jżommu snajja’ tradizzjonali ħajjin
Il-Prim Ministru żar ukoll l-MCAST fix-Xewkijafejn iltaqa ma’ għadd ta’ studenti. Bl-investimet li sar f’dan iċ-ċentru żdiedu l-faċilitajiet għat-taħrig tal-istudenti Għawdxin b’hekk l-istudenti jkomplu jtejbu l-ħiliet taghhom biex iħejju ruħhom għad-dinja tax-xogħol. F’dan iċ-Ċentru hu maħsub li ser ikomplu jiżdiedu l-faċilitajiet permezz ta’ proġett li hu stmat li ser ikun jiswa madwar €140,000.
F’dan iċ-centru, permezz ta’ fondi Ewropejsar il-bini ta’ żewġ workshops flimkien max-xiri ta’ tagħmir għat-tagħlim tal-installazzjoni tal-elettriku, welding u fabrication. Ġie rinovat u nxtara tagħmir għal Mechanical Machining u Woodwork workshop. Inxtraw 63 komputer u tagħmir ieħor li permezz tagħhom twaqqfu 3 laboratorji għat-tagħlim tal-kompjuters ġewwa ċ-ċentru tax-Xagħra.
Il-Prim Ministru żar ukoll iċ-Ċentrutal-Universita’ f’Għawdex fejn iltaqa’ ma’ Għawdxin li pparteċipaw f’korsijiet b’fondi Ewropej. Uħud mill-parteċipanti li attendew għall-korsijiet finanzjati minn fondi ewropej ġewwa ċ-Ċentru tal-Universita’ f’Għawdex, iddeċiedew li jkomplu bl-istudji tagħhom jew inkella jbidlu x-xogħol. Dan iċ-Ċentru offra 33 kors li varjaw minn dawk fit-tagħlim bażiku għall-oħrajn marbuta ma’ suġġetti agrikoli u ambjentali li għalihom attendew aktar minn 300 parteċipant.
Matul dawn il-ħames snin, ingħatat attenzjonigħall-ħiliet tar-riżorsi umani fil-gżira. B’investiment ta’ €260,000 ġew organizzati korsijiet li kienu intenzjonati li jżiedu t-taħriġ f’ħiliet bażiċi jew speċifiċi, li permezz tagħhom dawk li pparteċipaw setgħu jtejbu jew jiddiversifikaw il-ħiliet tagħhom.
Fi tmiem iż-żjara tiegħu l-Prim Ministru qalli Għawdex ser ikompli jibbenefika b’mod aktar qawwi mill-fondi li gejjin mill-Unjoni Ewropea., speċjalment meta tqis li Għawdex ser jieħu 10% tal-fondi allokati għal Malta. Huwa rrefera wkoll għall-viżjoni tal-Gvern għal Għawdex li hija dik li jagħmel minnha gżira ekoloġika. Semma kif dan ser ikun marbut mad-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu biex b’hekk l-ambjent uniku ta’ Għawdex jiġi konservat filwaqt li jingħata spazju għal żvilupp sostenibbli li jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja f’Għawdex.

DOI – 21.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow