Il-Ministru tal-Edukazzjoni ŻŻur Esibizzjoni mtella’ minn studenti tal-Junior Lyceum
PR0880
21/05/2009
| Il-Ministru | tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Dolores Cristina żaret esibizzjoni mtella’ minn studenti tal-Junior Lyceum tal-Bniet tal-Kulleġġ San Injazju, bħala parti minn inizjattiva tal-proġett Comenius li pparteċipaw fiha flimkien ma’ studenti minn skejjel mir-Renju Unit, Franza, il-Greċja u l-Polonja. Il-proġett kien intitolat “Nippreservaw l-Ambjent tal-Ewropa - Issa u għall-Futur”. Għal dan il-proġett l-iskola ħadet €24,000 biex numru ta’ studenti setgħu jżuru u jiltaqgħu ma’ studenti fi skejjel f’pajjiżi barranin. |
| Lura fl-iskola | tagħhom f’Malta, l-istudenti ħolqu Wild Zone (Żona ta’ Konservazzjoni) fl-iskola, fejn poġġew pjanti indiġeni u oħrajn endemiċi u parti li tkun dejjem tħaddar tul is-sena kollha. Inbniet ukoll vaska bl-iskop li tiżdied il-biodiversita’ fil-post. Tħawlu wkoll speċi tas-siġra maltija tal-Għargħar flimkien ma’ xi fjuri selvaġġi. |
| Barra minn din | iż-żona ta’ konservazzjoni, l-istudenti taħt il-ġwida tal-għalliema tagħhom tellgħu esibizzjoni ta’ crafts, tpinġija u esperimenti xjentifiċi li għaliha ntuża materjal riċiklat jew materjal li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. |
| Il-Ministru | Cristina ingħatat spjegazzjoni mill-istudenti dwar il-ħidma tagħhom f’dan il-proġett, u tkellmet magħhom dwar l-esperjenzi tagħhom kemm meta żaru pajjiżi barranin u ltaqgħu ma’ studenti hemmhekk kif ukoll dwar kif ħadmu fuq dan il-proġett. Il-Ministru rat ukoll lill-istess studenti jieħdu ħsieb iż-żona ta’ konservazzjoni u ħeġġithom biex jibqgħu jieħdu ħsieba u jibżgħu għall-ambjent. |
DOI – 21.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984