TNEDIJA TA’ KTEJJEB DWAR INIZJATTIVI FIL-QASAM TAL-ENERĠIJA - “L-ENERĠIJA HIJA RIŻORSA PREZZJUŻA”
PR0879
20/05/2009
| L-enerġija hija riżorsa prezzjuża u li | m’għandhiex tinħela. Fid-djar tagħna, fil-lokalitajiet tagħna, fl-industrija u f’pajjiżna nistgħu nagħmlu użu akbar mill-enerġija li tinħoloq mix-xemx u mir-riħ. B’dan il-ħsieb il-Gvern illum nieda ktejjeb li mil-lum stess beda jitqassam fid-djar tal-familji Maltin u Għawdin. |
| Dan il-ktejjeb ġie mniedi fl-‘Alberta Fire | and Security’ mill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li | permezz tal-kampanja Switch iltqajna ma’ diversi setturi differenti, fosthom mal-Kunsilli Lokali, mat-tfal u ż-żgħażagħ, u mal-anzjani u n-nisa tad-dar permezz tat-town hall meetings. F’dawn il-laqgħat kollha, il-messaġġ li ngħatajna kien wieħed ċar: ‘Jekk ittuna l-informazzjoni, l-għajnuna u l-inċentiv, aħna lesti nagħmlu l-bidliet neċessarji biex nagħmlu użu aħjar mill-enerġija.’ |
| Hu żied jgħid li l-Gvern qiegħed jinċentiva | lil min juża l-enerġija b’għaqal u qed jagħti għajnuna biex aktar familji jużaw l-enerġija alternattiva. Il-ktejjeb informattiv jiġbor fih l-inizjattivi kollha li qegħdin jittieħdu u li nistgħu nieħdu vantaġġ minnhom, flimkien mal-informazzjoni neċessarja fuq kif nistgħu nirrikorru għal dawn l-inizjattivi. |
| “Permezz ta’ dan il-ktejjeb, nixtiequ | ninformaw lill-pubbliku dwar l-inizjattivi li jistgħu jibbenefikaw minnhom fil-qasam tal-enerġija. Nixtiequ wkoll naħdmu biex inrawwmu sens ta’ ħsieb ħolistiku dwar il-qasam tal-enerġija” temm jgħid is-Segretarju Palamentari Chris Said. |
| Il-Ministru Pullicino qal li f’dawn l-aħħar | xhur rajna iktar minn ħamsin reġistrazzjoni ta’ kumpanijji li joffru servizzi ta’ energija alternattiva. Apparti minn hekk kumpaniji oħra diġa` stabbiliti f’dan il-qasam komplew jimpjegaw enġiniera u nies tekniċi ġodda biex ikunu jistgħu joffru servizzi ta’ konsulenza u installazzjoni fuq energija alternattiva kif ukoll servizzi relatati fuq tagħmir li jtejjeb l-effiċjenza tal-enerġija fl-industrija, u fi stabbilimenti kummerċjali. |
| Il-Ministru Pullicino qal ukoll li | għall-iskema tas-solar water heaters intlaqgħu ’l fuq minn 1500 applikazzjoni, għal roof insulation and double glazing ’l fuq minn 120 filwaqt li l-iskema tal-PV’s intieħdet kollha. F’dan il-kuntest il-Ministru Pullicino ħabbar il-ħsieb tal-Gvern li terġa’ ssir skema għall-PV’s. |
| Il-Ministru Pullicino filwaqt li rringrazzja | lid-diriġenti tal-kumpanija Alberta ħeġġeġ lill-pubbliku biex jieħu vantaġġ minn dan il-fuljett informattiv. Huwa fakkar li bl-impenn ta’ kulħadd, nistgħu nassiguraw kwalità ta’ ħajja aħjar għalina u għal uliedna. |
DOI – 20.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984