Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U L-INFORMAZZJONI, CHRIS SAID, U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAZAGĦ U SPORT, CLYDE PULI IQASSMU KUNTRATTI GĦALL-ISKEMA TA’ INIZJATTIVI SPORTIVI FIL-LOKALITAJIET

PR0877
Date Icon 20/05/2009
Ħamsa u għoxrin Kunsill Lokali bdew igawdu minnskema ta’ inċentivi sportivi imnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni kif ukoll mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-Isport. Permezz ta’ din l-iskema l-Kunsilli Lokali jistgħu jorganizzaw attivitajiet sportivi fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom.
Din l-iskema li tnediet lura f’Jannar ta’ dinis-sena, tat l-opportunità lill-Kunsilli Lokali biex japplikaw ħalli flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport ikunu jistgħu jorganizzaw attivitajiet differenti li jħeġġu l-eżerċizzju fiżiku.
F’ċerimonja li saret fil-Kumpless Sportivtal-Kottonera, is-Segretarju Parlamentari għal-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni, Chris Said flimkien mas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli qassmu l-kuntratti lir-rapprezentanti tal-Kunsilli Lokali.
Is-Segretarju Parlamentatri Clyde Puli qal lidin l-iskema qed issir b’investiment ta’ kważi €66,524 li minnhom il-Gvern ser ikun qed iħallas in-nofs ta’ din is-somma, li tfisser €33,262.  Hu semma` kif b’kollox fil-lokalitajiet ser ikunu qed jittellgħu total ta’ 84 attività sportiva.  Għaldaqstant huwa maħsub li bil-proġetti u programmi organizzati ser ikunu qed igawdu madwar 4,500 persuna.
Fost oħrajn ser ikun hemm enfasi fuq programmigħal wara l-ħin akkademiku biex it-tfal jibqgħu l-iskola wara l-ħin tal-lezzjonijiet, u jagħmlu eżerċizzju fiżiku biex ipattu għan-nuqqas ta’ ħin allokat għall-isport minħabba l-istudju.  Ser ikun hemm ukoll enfasi fuq programmi ta’ sport għal kulħadd biex kull parti tas-soċjetà tkun involuta f’xi tip ta’ attività fiżika.
Min-naħa tiegħu is-Segretarju Parlamentari ChrisSaid qal “Il-kunċett li l-Gvern qiegħed jisħaq fuqu, ta’ aktar kollaborazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali u l-iskejjel, qiegħed ukoll jintlaħaq permezz ta’ din l-iskema, peress li l-iskejjel qegħdin jintużaw għal inizjattivi sportivi”.  Din l-iskema tinċentiva lill-Kunsilli Lokali biex jaqdu l-funzjonijiet ġodda maħsuba fit-tiġdid tal-Kunsilli, stqarr Chris Said, u għalhekk l-inċentivi li qed jittieħdu u l-ħidma mal-għaqdiet sportivi fil-lokalitajiet qed jgħinu biex dan iseħħ.
Chris Said qalukoll li f’5 xhur ħarġu 10 skemi taħt Fondi Speċjali għall-Kunsilli Lokali u ma’ dik li titratta inizjattivi sportivi hemm ukoll l-iskemi għal attivitajiet kulturali, għall-aċċessibilità fil-lokalitajiet, għall-użu aħjar tal-eneġija, il-Green Challenge and Enterprise Award, dik ta’ lokalitajiet sostenibbli, il-Premju ta’ Destinations of Excellence kif ukoll fondi speċjali għal-lokalitajiet.  Hemm ukoll l-iskema tal-libreriji li għandha tiġi mnedija fil-ġranet li ġejjin.
Preżenti għal din l-attività kien hemm ukollrapprezentanti tal-Kunsilli Lokali, id-Direttur Ġenerali għall-Informazzjoni, Gvern Lokali u Konsulazzjoni Pubblika, u d-Direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali, kif ukoll diretturi mill-Kunsill Malti għall-Isport.

DOI – 20.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow