STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR0876
20/05/2009
| Politika ta’ irresponsabilita’ u | opportuniżmu. |
| Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat reġa | kkonferma kemm il-Partit fl-Oppozizzjoni lest jibqa’ ikun opportunist u irresponsabbli. Wara l-kummenti tal-Kelliem tal-Oppozizzjoni Leo Brincat waqt il-programm BondiPlus li l-Partit Laburista jibbaża d-deċiżjonijiet li jieħu skond dak li jrid jisma’ l-poplu, issa kien imiss lill-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu li jżid id-doża ta’ opportuniżmu bi żjara li hu għamel il-bieraħ mal-bdiewa ta’ Wied Rini. |
| Wied Rini huwa wieħed mis-siti li ġew | identifikati mill-esperti, u b’mod unanimu mill-Kumitat dwar l-Enerġija mir-Riħ biex fih isiru aktar studji bil-possibilita’ li jsir windfarm li tgħin biex pajjiżna jilħaq il-miri li għandu biex sas-sena 2020, 10% tal-enerġija kkunsmata tkun iġġenerata minn sorsi nodfa. Abbażi ta’ dawn il-pariri tekniċi u professjonali, l-Gvern ressaq applikazzjoni mal-MEPA biex fis-sit isiru aktar studji. |
| Iż-żjara tal-bieraħ tal-Kap tal-Oppożizzjoni | tikkonferma li quddiem il-possibilita’ li jkunu akkwistati ftit voti, l-Oppożizzjoni lesta li tarmi s-serjeta’ tagħha u lesta wkoll li taqa’ f’kontradizzjonijiet u taħwid. Hija rresponsabbilta’ politika li wieħed jgħid li s-sit intgħażlu fuq kunsiderazzjonijiet politiċi. Din id-dikjarazzjoni tistona meta wieħed iqis li kien il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Leo Brincat stess li kiteb li: ‘Espert fl-ambjent (riferenza għal Profs Edward Mallia) ilu snin li identifika s-sit tal-Baħrija, fejn hemm ħafna arbli msaddin ferm ‘il bogħod mill-abitat’ (L-Orizzont, 22 ta’ Novembru 2008). |
| Effettivament, bil-kummenti tiegħu tal-bieraħ | il-Kap tal-Oppożizzjoni ta l-akbar vot ta’ sfiduċja fil-ħiliet u fil-kapaċitajiet tekniċi tal-esperti li jaslu għal konklużjonijiet tagħhom wara studji u kunsiderazzjonijiet bir-reqqa. |
| Il-Kap tal-Oppożizzjoni jidher li l-anqas mhu | infurmat dwar diversi kitbiet ta’ wħud mid-Deputati tiegħu stess, inkluż Leo Brincat u Roderick Galdes fejn ripetutament ‘appellaw’ lill-Gvern li jikkunsidra siti fuq l-art għal proġett ta’ windfarms. |
| Biżżejjed wieħed jaqra kitba ta’ Leo Brincat | fl-Orizzont tas-26 t’Awwissu 2008 u f’IIlum tas-27 ta’ Lulju 2008 kif ukoll kitbiet ta’ Roderick Galdes f’The Malta Independent tat-12 ta’ Lulju 2008 u tas-26 ta’ Lulju 2008. Din il-ħerqa kollha mid-Deputati tal-Oppozizzjoni biex il-Gvern jikkunsidra siti fuq l-art tistona mhux ftit mal-fatt li appena kif il-Gvern ħabbar is-siti fuq l-art beda l-opportuniżmu tal-Oppożizzjoni. |
| Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien żbaljat ukoll | meta qal li ma sarux laqgħat mal-bdiewa tal-inħawi. Dan juri li l-Kap tal-Oppożizzjoni mhux infurmat u jikkonferma wkoll kemm il-Kap tal-Oppożizzjoni għadu ma jafx kif jaħdem il-proċess tal-ippjanar f’pajjiżna. |
| Il-fatti huma li l-ġimgħa l-oħra saret laqgħa | mal-bdiewa tal-lokal, liema laqgħa attendew għaliha wkoll id-Deputat tal-Oppozizzjoni Gavin Gulia u s-Sindku Laburista tar-Rabat. Inċidentalment, is-Sindku tar-Rabat kien mistieden ukoll u attenda għal-laqgħa oħra fejn saritlu preżentazzjoni dwar il-proposti tal-Gvern, l-istess kif sar mal-lokalitajiet l-oħra li jinteressahom dawn il-proġetti l-aktar mill-qrib. |
DOI – 20.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984