DISKORS MILL-ONOR. CHRIS SAID, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI, FIL-KONFERENZA NAZZJONALI ORGANIZZATA MILL-MALTA-EU STEERING AND ACTION COMMITTEE (MEUSAC) BIT-TEMA: ‘MALTA – ĦAMES SNIN FL-UNJONI EWROPEA’ – SAN ĠILJAN
Sinjuri,
| Inħoss li huwa xieraq li f’għeluq il-ħames | sena tagħna bħala membri tal-Unjoni Ewropea, qed nieqfu ftit biex nanalizzaw minn fejn tlaqna ... fejn wasalna ... u fejn nixtiequ naslu. |
| Illum – wara ħames snin f’din l-avventura – | għandna kunsens nazzjonali li – iva – is-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea kien pass fid-direzzjoni t-tajba. Kien il-pass naturali li minn dejjem bidel l-isfidi li ż-żmien poġġa quddiemu f’opportunitajiet għalih u għal pajjiż żgħir iżda ambizzjuż ... għal pajjiż u l-poplu tiegħu ... għal pajjiż mogħni b’mexxejja li dejjem għarfu jaqraw is-sinjali ta’ żmienhom ... għal pajjiż kunfidenti li minn wieħed periferiku ried isib ruħu fil-qalba tal-Ewropa, bil-qiegħda madwar l-istess mejda tal-mexxejja Ewropej u bis-setgħa li jiddeċiedi magħhom il-futur tiegħu u tal-poplu Ewropew. |
| Bl-istorja tiegħu – bl-influwenzi kollha li | ħallew fuqu ħakkiema barranin – mill-Feniċi sar-Rumani, mill-Għarab sal-Kavallieri ta’ San Ġwann, mill-Franċiżi sal-Ingliżi, pajjiżna jirrappreżenta punt ta’ inkontru f’nofs baħar bi storja kbira. Huwa pajjiż li d-destin ried li jkun bejn żewġ kulturi, bil-privileġġ li jasal li jifhem lit-tnejn u jara fihom dak li jgħaqqadhom, flok dak li jifridhom. U għalhekk huwa pajjiż bi rwol speċjali li jeħtieġ ikompli jisfrutta fis-snin li ġejjin għall-ġid tiegħu, tal-Ewropa u tar-reġjun Mediterranju. |
| Is-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea ġabet | bidla politika, ekonomika, soċjali u – fuq kollox - kulturali. Il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea xprunawna biex nilħqu standards ġodda f’kull qasam tal-ħajja ... biex nagħtu lill-poplu tagħna kwalità ta’ ħajja aħjar ... u biex nimmiraw biss fil-għoli sabiex nilħqu l-ogħla livelli li l-poplu tagħna jistħoqqlu jgawdi u li l-Unjoni Ewropea qed tgħinna nilħqu. |
| Għax l-interess ta’ Malta issa sar ukoll | l-interess tal-Ewropa. Huwa fl-interess tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li l-poplu Malti jimxi ’l quddiem. Kif huwa fl-interess tagħna l-Maltin li l-ebda pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea ma jaqa’ lura. |
| Għall-ewwel darba fl-istorja tagħna qed | inħossuna parteċipi fi proġett li jmur lil hinn mix-xtut tagħna. U huwa għalhekk li nħoss li l-impatt tad-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea ma jistax jitkejjel biss b’numri u b’ċifri. |
| L-Unjoni Ewropea ġabet magħha u ser tkompli | ġġib bidla kulturali ... bidla fil-mentalità ta’ poplu li qabel l-1 ta’ Mejju 2004 kellu – kontra qalbu - jaħsibha darbtejn qabel isejjaħ lill-Ewropa daru. Mhux għax ma ħassux Ewropew. Iżda għax kien jaf li seta’ jkun aktar ... li seta’ huwa wkoll jagħti sehmu għall-iżvilupp tal-kontinent tiegħu f’dan il-proġett kbir u uniku. Huwa proġett li qed jara s-sħubija ekonomika u politika bejn 27 pajjiż demokratiku li jridu joffru lil nieshom – kważi 500 miljun ruħ – il-paċi, il-prosperità u l-libertà f’dinja iżjed ġusta u sikura. U għall-ewwel darba Malta qed tikkontribwixxi bl-iżjed mod dirett biex il-familja Ewropea timxi ’l quddiem. Naqsu ħafna dawk in-nies li kienu jaħsbu li fl-Ewropa ser inkunu l-pajjiż iż-żgħir li jipprova kemm jipprova ma jistax ilaħħaq mal-kbar. F’dawn l-ewwel ftit snin tagħna fl-Unjoni Ewropea rajna bl-iżjed mod ċar li pajjiżna qiegħed hemm - fuq l-istess mejda, igawdi mill-istess benefiċċji u – iva – anke jaffaċċja sfidi komuni li għalihom jeħtieġ li naħdmu flimkien biex insibu soluzzjonijiet komuni. |
| Ħames snin. Perjodu qasir f’ħajja ta’ | nazzjon. Iżda nħarsu lura u naraw li saqajna ma kaxkarnihomx. Bħala pajjiż: |
| • ilħaqna, qabel ħafna oħrajn, | il-kriterji ta’ Maastricht; |
| • adottajna l-munita waħda Ewropea, li | l-poplu tagħna dara fi ftit ġimgħat; |
| • varajna progetti ambjentali u | infrastrutturali fuq skala nazzjonali mifruxa fuq xibka lokali; |
| • komplejna nimmodernizzaw l-ekonomija | tagħna; |
| • ġbidna lejn pajjiżna iżjed | investiment grazzi għall-kredibbiltà politika u ekonomika ġdida li Malta akkwistat f’għajnejn l-investitur barrani; |
• ħloqna iżjed postijiet tax-xogħol;
| • u għinna lill-poplu tagħna jħossu parti | minn dan il-proġett Ewropew. |
| Bis-sħubija ta’ ħames snin ilu nfetħu beraħ | il-bibien tal-Unjoni Ewropea. Qed nagħtu lill-istudenti, iż-żgħażagħ u l-ħaddiema tagħna opportunitajiet eċċitanti, sfidi sbieħ, li l-ġenerazzjonijiet ta’ qabilhom xtaqu iżda ma sabux. In-negozjanti tagħna kellhom jinvestu u jadottaw approċċ ġdid lejn ħidmiethom. Kellhom bżonn isiru iżjed kompetittivi biex joperaw b’suċċess fil-kuntest il-ġdid ta’ pajjiżna. Għal oħrajn, li forsi qattgħu l-ewwel ħames snin ta’ din l-esperjenza josservaw, issa wasal il-mument li jkunu pro-attivi, li jħarsu ’l quddiem, u li jagħmlu minn din l-esperjenza pozittiva - opportunità unika għalihom biex ikabbru l-operat tagħhom u jagħmlu huma wkoll suċċess mis-sħubija. |
| Ovvjament, mhux kollox kien ward u żahar. Xi | setturi partikolari kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet fil-proċess ta’ bidla li kellhom jagħmlu. Iżda kienu diffikultajiet li l-Unjoni Ewropea pprevediet u għenet, b’fondi apposta, biex il-bidla ssir bl-anqas skossi possibbli. |
| Illum pajjiżna huwa ankrat ma’ 26 pajjiż | ieħor fil-port Ewropew. Sitta u għoxrin pajjiż li magħhom nikkondividu l-valuri li jagħmluna dak li aħna - id-drittijiet fundamentali tal-bniedem ... il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt. Sitta u għoxrin pajjiż li magħhom nikkondividu wkoll il-miri tagħna – standards ogħla ta’ għajxien, ambjent aħjar, miżuri kontra kull tip ta’ diskriminazzjoni, l-aqwa edukazzjoni għal uliedna, iżjed opportunitajiet ta’ xogħol għal ħaddiema tagħna, l-aqwa servizz tas-saħħa u sistema ta’ solidarjetà soċjali li tpoġġi lill-bniedem fiċ-ċentru tagħha. |
| Fuq livell politiku, ir-rappreżentanti tagħna | llum jinsabu f’kull istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea. Mhux iżjed bħala osservaturi. Iżda bħala parteċipi f’kull deċiżjoni li tittieħed. Deċiżjonijiet li ma jaffettwawx biss il-ħajja taċ-ċittadini tagħna iżda anke dik taċ-ċittadini Ewropej. |
| • Leħen Malta jinstema’ fil-Kunsill | tal-Unjoni Ewropea u fil-Kunsill tal-Ministri; |
| • Għandna r-rappreżentanti tagħna | eletti mill-poplu Malti fil-Parlament Ewropew; |
| • Ninnominaw Kummissarju | għall-Kummissjoni Ewropea, Imħallef Malti għall-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea u l-Qorti tal-Prim’Istanza. U membri fil-Qorti tal-Awdituri; |
| • Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali huwa | parteċipant attiv fil-Kunsill Governattiv u fil-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew; |
| • Il-Kunsilli Lokali tagħna huma | rappreżentati fil-Kumitat tar-Reġjuni, u |
| • L-imsieħba soċjali jinnominaw | ir-rappreżentanti tagħhom fuq il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
| U għalkemm pajjiż żgħir b’popolazzjoni ta’ | anqas min-nofs miljun ruħ, it-tħassib ta’ Malta issa huwa wkoll it-tħassib tal-Unjoni Ewropea. Kien hemm min forsi ħaseb li biċ-ċokon tagħna Malta ma setgħet qatt tinfluwenza pajjiżi kbar, b’popolazzjoni ta’ miljuni kbar ta’ nies. Iżda l-esperjenza ta’ dawn l-ewwel ħames snin qed turi xorta oħra. Għax il-proġett Ewropew jibbaża fuq il-kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi membri. Jibbaża fuq politika li sserraħ fuq l-ideat u d-djalogu u mhux fuq il-kobor tal-pajjiż. L-isfidi li qed taffaċċja l-Ewropa ma jistgħux jissolvu minn kull pajjiż b’mod individwali. Kif sostna il- Prim Ministru Ingliż Gordon Brown sfidi globali jeħtieġu miżuri globali. . |
| B’Malta membru fl-akbar blokk kummerċjali | fid-dinja, saret iżjed faċli għal pajjiżna li jattira lejh investiment barrani. Bosta setturi, fostom dak tas-servizzi finanzjarji u l-online gaming, espandew b’mod li ħadd ma kien qed jipprevedi. U dan grazzi għall-istatus il-ġdid ta’ Malta bħala membru fl-Unjoni Ewropea u għar-reputazzjoni li pajjiżna qed jikseb bħala ċentru ta’ eċċellenza f’dawn is-setturi rispettivi. |
| Il-poplu Malti llum igawdi d-drittijiet li | jgawdu miljuni kbar ta’ Ewropej oħra. |
| • Jista’ jivvjaġġa f’kull parti tal-Unjoni | Ewropea mingħajr passaport; |
| • Jista’ jaqsam minn fruntiera għal | oħra bla ma jitwaqqaf jew jintalab dokument; |
| • Jista’ jixtri f’pajjiż ieħor mingħajr | restrizzjonijiet jew taxxi addizzjonali; |
| • L-euro, li ffaċilitat l-ivvjaġġar, qed | tippermettilna nqabblu l-prezzijiet f’kull pajjiż fejn tintuża, kif ukoll tneħħew spejjez u riskji marbuta maċ-ċaqliq fir-rati tal-kamji; |
| • Il-kompetizzjoni li żviluppat | b’riżultat tas-Suq Uniku Ewropew, għolliet il-kwalità u baxxiet il-prezzijiet. Telefonati … aċċess għall-internet … ivvjaġġar bl-ajru … saru orħos u iżjed faċli grazzi għas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea; |
| • Il-konsumatur Malti huwa protett minn | prodotti dannużi jew li mhumiex tal-ogħla kwalità – kemm jekk jinxtraw f’Malta kemm jekk f’pajjiż ieħor; |
| • U bħala ċittadini, anke l-Maltin illum | jistgħu jgħixu, jaħdmu u jistudjaw fi kwalunkwe pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, bl-istess drittijiet taċ-ċittadini tal-pajjiż fejn ikunu. |
| Bħala membri ta’ din il-familja Ewropea Malta | qed tagħti wkoll il-kontribut tagħha fl-isfidi li l-Ewropa qed taffaċċja. U fost l-isfidi l-kbar li għandna quddiemna ma nistgħux ma nsemmux tlieta: |
• il-krizi ekonomika
• il-bidla fil-klima
• u l-immigrazzjoni illegali.
| Ftit kienu dawk li immaġinaw ħames snin ilu | li l-Ewropa u l-bqija tad-dinja kienu waslu biex iħabbtu wiċċhom mal-akbar reċessjoni f’ġenerazzjonijiet sħaħ. Ftit kienu dawk li setgħu jipprevedu t-turbolenzi ekonomiċi li d-dinja kienet se taffaċċja. Bħala membri tal-Unjoni Ewropea, u – iżjed importanti – taż-żona Euro – pajjiżna ma affaċċjax il-maltemp waħdu. L-Unjoni Ewropea ħadmet biex tistabbilizza l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra fl-Ewropa, u anke biex tiżviluppa strateġija għal tkabbir ekonomiku mġedded. L-eżerċizzju rigoruż li Malta kellha twettaq biex tissodisfa l-kriterji kemm għal sħubija fl-Unjoni Ewropea kif ukoll għal sħubija fiż-żona Euro poġġew lil pajjiżna f’pożizzjoni soda biex jaffaċċja l-mewġ, jegħleb l-isfidi u jħares ’il quddiem, b’ottimiżmu. |
| L-isfida tal-bidla fil-klima hija kwistjoni | li mhux ser taffettwa biss lilna imma li l-effetti tagħha – jekk ma neħdux azzjoni serja – se jħallsuhom uliedna u l-generazzjonijiet ta’ warajhom. Hija l-isfida ta’ żminijietna u Malta qed tagħmel il-parti tagħha. Dan qed nagħmluh b’diversi modi: |
• billi nżommu l-ambjent tagħna nadif;
| • billi jkollna fit-toroq tagħna iżjed | karozzi li jniġġsu anqas; |
| • billi nkunu responsabbli fil-mod kif | niddisponu mill-iskart tagħna; |
| • billi nippromwovu stili ta ħajja b’konsum | sostenibbli; |
• billi nirriċiklaw iżjed u naħlu anqas;
| • u billi nżidu sorsi ta’ enerġija nadifa u | rinnovabbli. |
| L-għan huwa li b’dan kollu nagħtu spinta | lill-ekonomija tagħna u niżguraw forniment ta’ enerġija iżjed nadifa u stabbli. |
| Sfida oħra li qed taffettwa lil pajjiżna | iżjed minn pajjiżi oħra fl-Ewropa hija l-isfida tal-immigrazzjoni illegali. Din hija traġedja umana li qed tolqot direttament lil pajjiżna għax dan jinsab f’nofs ta’ fluss migratorju ta’ persuni bejn il-faqar li jeżisti fl-Afrika u l-Ewropa. Ma hemmx soluzzjoni waħda għall-immigrazzjoni illegali, iżda żgur li Malta, l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi ġirien jeħtieġu jaħdmu aktar flimkien biex it-telf ta’ tant ħajjiet fil-baħar Mediterran jitwaqqaf. |
| Il-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil huwa | pass importanti li qed iwassalna eqreb għal politika komuni Ewropea dwar dawn iż-żewġ oqsma. Iżda mhux biss. Jeħtieġ li din il-politika tkun ukoll waħda li tagħder u li tgħin lill-popli ġirien li ġenwinament jeħtieġu l-għajnuna tagħna. Dan mhux sempliċement għax fil-każ ta’ pajjiżna, l-problema tal-immigrazzjoni illegali toriġina minn pajjiż li huwa ġar tagħna, iżda speċjalment għax mhux fl-interess tal-Unjoni Ewropea li l-pajjiżi tagħha javvanzaw waqt li dawk ġirien jibqgħu lura. Huwa wkoll għal din ir-raġuni li l-Unjoni Ewropea hija l-akbar donatriċi ta’ għajnuna umanitarja fid-dinja. |
| Kull stħarriġ illum jikkonferma li l-poplu | tagħna qed jifhem ir-realtajiet ġodda li ġabet magħha s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea. Il-poplu Malti: |
• qed japprofitta mis-sħubija;
• qed josserva l-ħidma tar-rappreżentanti tagħna fl-Ewropa;
• qed jirrikorri għall-Ombudsman Ewropew;
| • u qed jinteressa ruħu fir-rwol il-ġdid ta’ | pajjiżna. |
| Anke l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili | tagħna kellhom jaġġustaw irwieħhom għal dan il-kuntest ġdid u issa qed joperaw b’mod effettiv u qed jippromwovu u jmexxu ’l quddiem l-interessi partikolari tagħhom fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Hawnhekk ma nistax ma nsemmix ir-riattivazzjoni tal-MEUSAC, li tat lis-soċjetà ċivili tagħna dik l-istruttura li permezz tagħha tista’ tipparteċipa fil-proċess li jwassal għall-adozzjoni tal-pożizzjoni ta’ Malta fir-rigward ta’ proposti leġislattivi ġodda tal-Unjoni Ewropea. Ħidmietna fil-MEUSAC hija ffukata fuq: |
| • il-konsultazzjoni mal-partijiet kollha | interessati dwar il-leġislazzjoni Ewropea; • it-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-politika Ewropea u l-programmi ta’ finanzjament; • u assistenza teknika lil Kunsilli Lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi; biex japplikaw għal proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. |
| Fil-Core Group tal-MEUSAC hemm rappreżentati | uffiċjali għolja tal-gvern, rappreżentanti tal-partiti politiċi, korpi kostitwiti, is-settur kummerċjali Għawdxi, rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u esperti f’diversi oqsma. Fost il-proposti leġislattivi diskussi fil-MEUSAC hemm |
• il-Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni;
• il-Politika dwar it-Trasport Marittimu;
• Ħiliet Ġodda għal Xogħlijiet Ġodda;
• il-Bidla fil-Klima u
• is-Sigurtà tal-Enerġija.
| Nemmen li l-ħidma mwettqa fl-aħħar xhur | mill-MEUSAC, li tat riżultati konkreti, tawgura tajjeb għall-futur. Din is-sena waqqafna wkoll disa’ kumitati settorjali, li fihom għandna mal-200 persuna minn 45 organizzazzjoni differenti jaħdmu għal għan wieħed – li l-Gvern jibqa’ f’koalizzjoni mas-soċjetà ċivili sabiex il-pożizzjoni tiegħu fl-Unjoni Ewropea tkun ir-riżultat ta’ diskussjonijiet u konsultazzjonijiet ma’ dawk kollha interessati u affettwati. |
| S’issa permezz tal-MEUSAC għenna 37 | organizzazzjoni, li minnhom 19 huma Kunsilli Lokali, biex japplikaw għall-fondi Ewropej. It-total ta’ fondi f’dawn l-applikazzjonijiet jammonta għal 6.3 miljun Euro. U dan huwa biss il-bidu. Bħalissa fil-MEUSAC qed nipproċessaw 48 applikazzjoni minn kunsilli lokali taħt il-Fond għall-Iżvilupp Rurali Ewropew, 4 applikazzjonijiet minn kunsilli u entitajiet oħra taħt il-Programm għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew, 11-il applikazzjonijiet taħt il-Programm Youth in Action, u taħt il-Programm Europe for Citizens. B’kollox 65 applikazzjoni minn kunsilli lokali u mis-soċjetà ċivili li ser jiġu sottomessi għal fondi mill-Unjoni Ewropea fil-ġimgħat li ġejjin. |
| Flimkien ma’ dan, għall-Kunsilli Lokali | nedejna wkoll Fond biex jgħinhom ikopru l-ispejjeż ta’ proġetti li jkunu ħallsu l-biċċa l-kbira tagħhom minn fondi Ewropej. B’hekk nemmen li nkunu qed inħeġġu iżjed lill-Kunsilli Lokali jkunu pro-attivi, jieħdu iżjed inizjattivi u jaħtfu l-opportunitajiet li ġabet magħha s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea. |
| Għaddew ħames snin. U wasal iż-żmien li | nagħmlu ftit kalkoli. Mill-punt di vista finanzjarju, wara l-adeżjoni ta’ Malta, pajjiżna ġie allokat fondi taħt il-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni biex jinvesti f’numru ta’ setturi li fihom kien jeħtieġ li jsir invesitment. Setturi bħall-ambjent, it-toroq, it-turiżmu, ir-riżorsi umani, l-iżvilupp rurali, is-sajd u l-ħtiġiet partikolari tal-gżira ta’ Għawdex. |
| Malta ġiet allokata 28.2 milun Euro taħt | il-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu mill-2004 sal-2006 u 6.7 miljun Euro addizzjonali ta’ Fondi Strutturali biex tipparteċipa fl-Inizjattivi Komunitarji Ugwali ghall-koperazzjoni transnazzjonali fuq aspetti soċjali u Fl-Interreg III – kooperazzjoni reġjonali ma Sqallija. |
| Il-livell ta’ Fondi Strutturali u l-Fond ta’ | Koeżjoni allokati għal Malta għal perjodu mill-2007 sal-2013 jiggarantixxi l-istatus ta’ Malta bħala benefiċjarja netta. Ġew magħżula 75 proġett u 10 skemi ta’ għajnuna, inkluż: |
| • ir-restawr tal-fortifikazzjonijiet storiċi | f’Malta u Għawdex; |
| • it-titjib tat-toroq arterjali u ta’ | distribuzzjoni; |
| • investiment fil-faċilitajiet | edukattivi tagħna; |
| • korsijiet ta’ taħriġ għall-ħaddiema u | għal dawk li qed ifittxu x-xogħol, u |
• skemi ta’ sussidji għall-kura tat-tfal.
| Ġew allokati wkoll fondi biex jiġu | ffinanzjati azzjonijiet fis-settur tal-iżvilupp rurali u tas-sajd, kif ukoll fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, inkluż is-sigurtà tal-fruntieri tagħna. |
| Ta’ min isemmi li terz tal-baġit tal-Unjoni | Ewropea jintefaq biex jinħolqu iżjed postijiet tax-xogħol f’reġjuni żvantaġġati u biex dawk bla xogħol u ħaddiema mhux kwalifikati biżżejjed jiġu mħarrġa biex ikunu jistgħu jgawdu minn opportunitajiet ġodda. Huma fondi li pajjiżna se jkun qed jaħdem biex ikompli jisfrutta sabiex jinħoloq iżjed xogħol u sabiex il-ħaddiema tagħna isaħħu l-ħiliet tagħhom u magħhom jiżviluppaw oħrajn ġodda. |
| Fid-29 ta’ April li għadda, il-Kummissjoni | Ewropea pproponiet baġit ikbar għall-2010 biex tkompli tatwa miżuri li jistimolaw l-ekonomija Ewropea ħalli din toħroġ mil-iktar fis possibli mill-fazi kritika preżenti. B’baġit propost ta’ 139 biljun euro, il-Kummissjoni qed tipproponi mizuri li fil-mira taghhom jindirizzaw it-tisħieħ tal-qagħda ekonomika attwali. Dan irid isir permezz ta’ proġetti li jħarsu l-impjiegi, joħolqu mpjiegi ġodda u jgħinu lill-kumpanniji jirreżistu problemi kurrenti marbut mat-tnaqqis fid-domanda kif ukoll li jindirizzaw problemi fin-nuqqas ta’ kompetittività. Sitt biljun euro ħa jmorru għar-riċerka u l-innovazzjoni, waqt li mad-disa’ miljun ċittadin ser jirċievu għajnuna permess tal-Fond Soċjali Ewropew. |
| It-12-il pajjiż li sseħibna fl-Unjoni Ewropea | bejn l-2004 u l-2007 ħa nirċievu 52 fil-mija tal-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali u għall-ewwel darba, bejnietna, ħa nirċievu iktar mill-ħmistax-il pajjiż li kienu membri qabel l-2004. Il-baġit għall-2010 se jkun it-tielet wieħed konsekuttiv fejn l-ispiża għal miżuri biex jinċentivaw it-tkabbir ekonomiku u r-riċerka u l-iżvilupp (62 biljun Euro jew 45 fil-mija) se tkun iktar mill-ispiża għall-biedja li tradizzjonalment dejjem ħadet l-akbar sehem mill-baġit tal-UE. |
| Meta nħarsu lura lejn dawn l-ewwel ħames snin | naraw li b’fondi mill-Unjoni Ewrpea ħarriġna aktar minn 11,000 ħaddiem, filwaqt li iżjed minn 3,000 student Malti - kollha ħaddiema futuri - ibbenefikaw mill-programmi edukattivi tal-Unjoni Ewropea. |
| Pajjiżna ġie allokat ukoll fondi | addizzjonali, li jinkludu: |
| • 15-il miljun Euro ta’ Fondi Strutturali | biex nipparteċipaw fi programmi trans-konfini u trans-nazzjonali; |
| • 25 miljun Euro taħt il-Pjan ta’ Rilanċ | Ekonomiku Ewropew biex tiġi ffinanzjata l-inter-konessjoni mal-grid Ewropea tal-elettriċità; |
| • 37.8 miljun Euro f’pagamenti diretti | lill-komunità agrikola kif ukoll madwar 26 miljun Euro għall-parteċipazzjoni fi programmi edukattivi tal-Unjoni Ewropea. |
| Ġew allokati wkoll għal Malta 3.6 miljun Euro | mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea u 1.8 miljun Euro mill-Isvizzera bħala parti mill-kontribuzzjoni li dawn il-pajjiżi jħallsu biex ikollhom aċċess għas-Suq Uniku Ewropew. |
| L-ammont totali ta’ fondi allokati għal Malta | għall-perjodu mill-2007 sal-2013 jammonta għal 1,158 miljun Euro – waħda mill-akbar kisbiet ta’ pajjiżna fl-ewwel ħames snin tiegħu fl-Unjoni Ewropea – ċertifikat li għandu jagħmilna kburin u jħeġġiġna nkomplu nħarsu ’l quddiem. Pakkett finanzjarju li ser jgħinna nkomplu nagħmlu l-qabża fil-kwalità u nsaħħu l-bażi li fuqha rridu nkomplu nibnu biex nagħmlu lil Malta pajjiż iżjed dinamiku, b’ekonomija b’saħħitha u li joffri lil niesu iżjed impjiegi u l-aqwa kwalità ta’ ħajja. |
| Wara l-ewwel ħames snin tagħna fl-Unjoni | Ewropea nħarsu ’l quddiem, konxji li dan huwa biss il-bidu u l-futur jiddependi minnha … minn ħidmietna … mill-enerġija li rridu nkomplu nuru … u mid-determinazzjoni tagħna. Għax dan huwa proġett ambizzjuż li għalih hemm bżonn inġeddu l-enerġija tagħna kuljum. Hemm bżonn nibqgħu ninfurmaw lill-poplu bil-passi kollha tagħna sabiex it-triq tagħna fl-Unjoni Ewropea jimxiha magħna. L-akbar żball li nistgħu nagħmlu hu li nqisu s-suċċess li ksibna s’issa bħala l-punt tal-wasla. Is-sħubija ta’ pajjizna fl-UE immarkat bidu ta’ triq twila li finalment is-suċċess ta’ dan il-vjaġġ jiddependi fuq kemm aħna kapaċi nisfruttaw bl-aħjar mod l-opportunijajiet marbut ma din ir-realta. |
| Meta nħarsu lura nirrealizzaw li għamilna | ħafna. Imma fadal ħafna iżjed x’isir. Fadal: |
• ħafna iżjed benefiċċji x’naħtfu
• iżjed obbligi x’nosservaw
• iżjed opportunitajiet x’naħtfu
• ideat x’noħolqu • soluzzjonijiet x’insibu
• immaġinazzjoni xi nrawmu
• iżjed innovazzjoni xi nfittxu
| • u iżjed progress x’niskbu għall-poplu | kollu tagħna. |
| L-isfidi huma kbar imma tant ieħor hija kbira | r-rieda tagħna biex nibdluhom f’opportunitajiet għal pajjizna u ghall-polpu Malti. Grazzi ħafna. |
DOI – 20.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984