IMFAKKAR IL-JUM MARITTIMU EWROPEW L-Istudenti li ħerġin mill-Istitut Marittimu, tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) huma ta’ livell għoli u qed jinħatfu mill-ewwel minn kumpaniji merkantili Ewropej – Emanuele Grimaldi
PR0868
19/05/2009
| Għada l-Erbgħa, 20 ta' Mejju, jiġi ċċelebrat | il-Jum Marittimu Ewropew fl-Unjoni Ewropea. Dan il-Jum kien stabbilit bħala waħda mill-azzjonijiet ewlenin tal-Politika Marittima Integrata, varata fl-2007 mill-Kummissjoni Ewropea, permezz tal-Kummissarju Ewropew responsabbli għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Dr. Joe Borg. Għal din l-okkazjoni qed titlaqqa Konferenza f’Ruma u li fiha qed jipparteċipaw il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jose’ Manoel Barroso, kif ukoll il-Kummissarju Joe Borg. |
| Din | il-Konferenza qed tiġi organizzata mill-Kummissjoni Ewropea, b'kooperazzjoni mal-gvern Taljan. Għaliha qed jattendu l-partijiet interessati, amministrazzjonijiet u persuni ohra interessati kif ukoll pajjiżi terzi fosthom mill-Mediterran. |
| Huma | qed jiddiskutu l-isfidi globali li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa marittima fil-prezent. L-Ewropa għandha 40% tar-reġjuni marittimi tad-dinja, li jiġġeneraw kważi 40% tal-ekonomija tal-Unjoni Ewropea, u jimpjegaw mal-ħames miljun persuna. |
| Fil-ftuħ ta’ din il-konferenza, li fiha saru | interventi minn diversi persuni distinti, tkellem il-President tal-Kummissjoni Ewropea Josè Manuel Barroso, li qal li l-Politika Marittima Integrata Ewropea tirrifletti viżjoni ta' kif għandhom jiġu indirizzati l-isfidi tal-prosperità marittima, tas-sostenibilità u tas-sigurtà u hija marbuta sew mal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u biex tiġi rkuprata l-kompetittività tal-Ewropa. |
| Tkellem ukoll il-Kummissarju Ewropew | għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Joe Borg, li sostna li l-Politika Marittima Integrata tpoġġi lis-setturi marittimi u r-reġjuni kostali, tradizzjonalment fil-periferija, lejn iċ-ċentru ta' politika ġdida, dinamika u inklussiva għal aktar impjiegi u żvilupp sostenibbli. |
| Intervent ieħor sar mis-sur Emanuele Grimaldi li | huwa d-Direttur Maniġerjali tal-Grimaldi Group. Il-Grimaldi Group, li twaqqaf fl-1945, huwa speċjalista ewlieni f'dak li fil-qasam tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar huwa magħruf bħala ‘roll on/roll off’. Dan l-istess Group għandu waħda mill-akbar flotot tar-‘ro/ro’. |
| Fl-intervent tiegħu, Emanuele Grimaldi faħħar | il-kwalità tajba tal-istudenti li ħerġin mill-Istitut Marittimu, tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) u qal li tant għandhom livell ogħli li qed jinħatfu mill-ewwel minn kumpaniji merkantili Ewropej. |
DOI – 19.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984