IMNEDIJA L-ATTIVITÀ ‘L-IBLIET LEJN IL-MAJJISTRAL’
PR0865
19/05/2009
| ‘L-Ibliet lejn il-Majjistral’: Festa ta’ ikel | Malti, arti, mużika, kultura u storja li qed tiġi ċċelebrata fuq jumejn, bejn il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju u s-Sibt 30 ta’ Mejju, fil-Pjazza Prinċipali tal-Mellieħa mis-7.30 p.m. ‘il quddiem. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said, nieda din l-attività li qed tiġi organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, Mdina, Birgu u Victoria Għawdex. |
| Dr. Chris Said | faħħar din l-inizjattiva fejn għall-ewwel darba qed jiltaqgħu flimkien 5 Kunsill Lokali – 4 bliet madwar Malta u Għawdex qed jingħaqdu biex tittella attività fuq jumejn fil-lokalità tal-Mellieħa, raħal fil-Majjistral ta’ Malta. |
| L-għan | tal-‘Ibliet lejn il-Majjistral’ hu li tippromwovi l-arti u t-tradizzjonijiet tal-lokalitajiet parteċipi f’din l-attività, bl-iskop aħħari jkun li nagħmlu l-lokalitajiet tagħna iktar sostenibbli, permezz tat-tisħiħ tal-kultura fi ħdan il-lokalitajiet parteċipi, saħaq Chris Said. Il-lokalitajiet qed jgħaqdu r-riżorsi tagħhom flimkien f’kollaborazzjoni għat-tgawdija tal-familji Maltin. Numru ta’ artisti mil-lokalitajiet rispettivi ser ikunu qed jagħtu s-sehem tagħhom f’din l-attività permezz tal-arti u l-mużika. |
| Fuq | dawn il-jumejn ser jiġi preżentat ukoll ikel tradizzjonali Malti li jinkludi l-majjal u t-tonn, torti tal-fniek u t-tiġieġ, ippreparat minn chefs u studenti tal-Institute for Tourism Studies (ITS), stands bi prodotti agrikoli, bejgħ ta’ pjanti, artiġjanat kif ukoll ‘pony rides’. L-attività tas-Sibt ser tinkludi wkoll ferrovija li tieħu n-nies f’postijiet ta’ interess madwar il-Mellieħa, li jinkludu l-Mużew tat-Tunnara kif ukoll Heritage Trail f’Selmun u zjarat f’xelters tal-gwerra. |
| Il-ftuħ tal-attività ser ikun nhar il-Ġimgha | filgħaxija bil-protagonisti jkunu t-tfal u b’aċċenn fuq l-ambjent. Dak in-nhar tal-ftuħ se titnieda kampajna ġdida taħt l-iskema 34U - fejn bi prezz sussidjat wieħed jista’ jixtri siġra li aktar tard matul din is-sena se tkun qed titħawwel fil-Park tal-Familja f’Selmun, proġett ewlieni tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. |
| Is-Sindku tal-Mellieħa, Robert Cutajar stqarr li | din hija attività oħra minn katina ta’ attivitajiet ġodda li organizza l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa matul l-aħħar xhur, fost l-oħrajn l-‘Iljieli Melleħin’ u ‘Milied Mellieħi’. Is-Sindku qal ukoll li permezz ta’ din l-attività qed niktbu paġna ġdida fejn qed nagħtu aċċenn fuq il-kolleġġjalita’, permezz ta’ 5 kunsilli lokali li qed jingħaqdu flimkien f’attività waħda. |
| Din | l-attività qed tkun possibbli grazzi għall-impenn tal-lokalitajiet parteċipi, il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, l-ITS, u l-General Soft Drinks. |
DOI – 19.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984