XOGĦLIJIET TA’ TISBIĦ U TIITJIB MILL-AWTORITÀ TAT-TURIŻMU F’WIED IŻ-ŻURRIEQ
Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco qal li l-Gvern u l-Awtorità tat-Turiżmu (MTA) qed ikomplu jinvestu fil-prodott turistiku ta’ pajjiżna għax dan huwa parti essenzjali mill-offerta turistika li noffru lil min iżurna. Huwa qal dan waqt żjara li għamel f’Wied iż-Żurrieq fejn qed issir ħidma ta’ tisbiħ u titjib mill-MTA fl-infrastruttura u l-faċilitajiet.
| Dr de Marco iddawwar fuq il-post mill-Perit | inkarigat mill-proġett u mill-uffiċċjali tad-Direttorat tal-Iżvilupp tal-Prodott tal-MTA. Attendew ukoll is-Sindku u xi Kunsilliera tal-Kunsill Lokali Qrendi li qiegħed jikkontribwixxi xi fondi għall-istess proġett; u kif ukoll rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni tad-Dgħajjes ta’ Wied iż-Żurrieq. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li Wied | iż-Żurrieq huwa post popolari mat-turisti u l-Maltin mhux biss għax hu l-post minn fejn wieħed jista’ jieħu d-dgħajsa sabiex imur jara l-għerien fil-kumpless tal-Blue Grotto; iżda wkoll għax hu post uniku għall-għaddasa sabiex jinżlu jaraw is-sbuħija tal-baħar u b’mod speċjali l-fdalijiet tal-vapur ‘Um el Faroud’. |
| Hu żied jgħid li l-proġett inbeda issa minħabba | li l-maltemp ma ppermettiex li ssir ħidma fuq il-moll. L-infiq totali se jkun ta’ aktar minn €90,000 u li €11,500 minnhom se jinħarġu mill-Kunsill Lokali. Jekk it-temp jippermetti, ix-xogħol strutturali mistenni jkun lest sa Ġunju, filwaqt li l-kumplament tax-xogħol ikun lest sa tmiem Lulju. Intlaħaq ftehim mal-Assoċjazzjoni tad-Dgħajjes sabiex ix-xogħol isir bl-inqas inkonvenjent possibbli li ma jtellifx lit-turisti u l-Maltin li jkunu jixtiequ jużaw id-dgħajjes biex iżuru l-Blue Grotto. |
Ix-xogħlijiet tal-proġett jinkludu:
· re-surfacing tal-moll b’konkrit ikkulurit,
· it-tneħħija u bini mill-ġdid ta’ bank tal-ġebel matul il-moll,
· it-twaħħil ta’ tinda għal dawk li jkunu qed jistennew biex jirkbu d-dgħajjes,
· tibdil fis-slipway eżistenti li se ssir f’forma ta’ taraġ aktar komdu,
· it-titjib tar-rampa ta’ aċċess b’wiċċ aħjar,
· hand rails, titjib ġenerali u dwal ġodda;
· it-titjib tat-taraġ eżistenti li jintuża mill-għaddasa, fejn se jsir aktar irpużat u se jitwaħħlu hand rails ġodda,
· it-twaħħil ta’ sellum apposta għall-għaddasa u slielem oħra ġodda għall-għawwiema,
· bagi ġodda sabiex ikunu delineati aħjar iż-żoni tal-għawm u ż-żoni tad-dgħajjes,
· ir-restawr u kisi mill-ġdid tal-boathouse eżistenti,
· it-twaħħil ta’ mooring bolts tal-istainless steel ġodda;
· it-tindif ġenerali tal-blat u tisbiħ ġenerali tal-inħawi; u
· t-twaħħil ta’ sinjali ta’ informazzjoni u ta’ direzzjoni.
DOI – 19.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984