Left arrow Mur Lura

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW 2009: ARRANĠAMENTI GĦALL-PERSUNI IMSEFRIN LI GĦANDHOM DRITT JIVVOTAW F’MALTA

PR0859
Date Icon 18/05/2009
Qed isiruarranġamenti biex persuni li jinsabu barra mill-pajjiż u li għandhom dritt jivvotaw f’Malta jkunu jistgħu jiġu lura biex jivvotaw fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew li se jsiru fis-6 ta’ Ġunju 2009.
Għal danil-għan, l-Air Malta plc se tipprovdi biljett bir-ritorn għal €35, inklużi t-taxxi u spejjeż oħra, għal dawk il-persuni li huma eliġibbli li jivvotaw f’Malta fl-elezzjonijiet li ġejjin għall-Parlament Ewropew.  Reservations fuq titjiriet skedati tal-Air Malta jistgħu jsiru fuq it-telefon numru (+356) 23645320 għal min qiegħed barra minn Malta u 23645320 għal telefonati lokali .
Dawnl-arranġamenti se jkunu validi b’effett immedjat sal-Ħadd 14 ta' Ġunju 2009, data inkluża, u japplikaw għal:

a.   persuni li huma eliġibbli li jivvotaw, inklużi dawk li huma miżżewġa ma' barranin, dawk li qed jistudjaw jew jaħdmu barra kif ukoll dawk li qed jieħdu trattament mediku barra mill-pajjiż;

b.   dipendenti tal-persuni imsemmija f'(a) hawn fuq.

Dinid-direttiva tapplika biss għal dawk il-votanti li isimhom jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali jew ir-Reġistru Elettorali tal-Unjoni Ewropea.
DOI –18.05.2009
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow