Jinsab fi stadju mgħaġġel il-proċess li se jwassal biex jibdew jitqassmu l-vouchers għal-bozoz energy saving b’xejn
PR0856
17/05/2009
| Il-Ministru | għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żar il-fabbrika De La Rue fejn bħalissa qed isiru t-tħejjijiet meħtieġa sabiex fil-ġimgħat li ġejjin jitqassmu fid-djar tal-familji Maltin u Għawdxin vouchers għal-bozoz energy saving b’xejn. |
| Din l-iskema | tal-Gvern se tkun qed toffri lill-familji mal-miljun bozza b’investiment ta’ €4 Miljun. |
| Il-voucher | li kull familja se tirċievi se jintitolaha għall-ammont ta’ bozoz, maħdum skond id-daqs tal-istess familja. |
Għaldaqstant:
· familja li tikkonsisti minn persuna jew tnejn se tkun intitolata għal 5 bozoz energy saving,
· familja ta’ bejn tlieta u erba’ persuni se tkun intitolata għal 8 bozoz,
· filwaqt li familja ta’ ħames persuni jew aktar se tirċievi 10 bozoz.
DOI - 17.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984