Left arrow Mur Lura

Malta tieħu f’idejha l-Presidenza tal-Inizjattiva 5+5 fil-qasam tad-difiża

PR0855
Date Icon 17/05/2009
Malta illumħadet f’idejha uffiċjalment il-Presidenza tal-Inizjattiva 5+5 fil-qasam tad-difiża.  Il-Presidenza għaddiet lil Malta waqt laqgħa tal-Ministri tad-Difiża tal-pajjiżi membri fil-5+5 li saret fi Tripli.
Id-delegazzjoniMaltija kienet immexxija mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Carm Mifsud Bonnici f’isem il-Prim Ministru li huwa responsabbli mid-Difiża.  Id-delegazzjoni kienet tinkludi s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, Mario Debattista, kif ukoll id-Direttur għall-Affarijiet tad-Difiża fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Vanessa Frazier, fost oħrajn.
Fid-diskorstiegħu matul il-laqgħa tal-lum, il-Ministru Mifsud Bonnici irringrazzja l-awtoritajiet Libjani għal mod kif mexxew il-Presidenza tagħhom tal-5+5 matul din l-aħħar sena, filwaqt li assigura li dawk preżenti li taħt il-Presidenza Maltija, l-inizjattiva se tkompli tibni fuq is-suċċess li diġa sar u li intlaħaq s’issa, u afferma l-impenn tal-partijiet kollha kkonċernati għal koperazzjoni.
L-Inizjattiva 5+5għall-koperazzjoni fil-qasam tad-difiża kienet stabbilita f’Diċembru tal-2004 f’Pariġi meta l-Ministri tad-Difiża tal-pajjiżi parteċipi f’din l-inizjattiva tal-5+5, li huma l-Alġerija, Franza, l-Italja, il-Libya, Malta, il-Mawritania, il-Marokk, il-Portugall, Spanja u t-Tunesija, iffirmaw Dikjarazzjoni li waqqfitha uffiċjalment.  Din l-inizjattiva tipprovdi forum multi-laterali dwar materji ta’ difiża u sigurta’ għall-pajjiżi tal-Mediterran.  Tinkoraġixxi djalogu u koperazzjoni bejn l-iStati Membri parteċipi, permezz ta’ pjan ta’ azzjoni annwali li jkun maqbul mill-Kumitat ta’ Treġġija u li jkun iffirmat mill-Ministri tad-Difiża fil-laqgħa annwali tagħhom.
Matulil-Presidenza, l-Kumitat ta’ Treġija jkun immexxi minn rappreżentant tal-Ministeru tad-Difiża tal-pajjiż li jkollu f’idejh il-Presidenza.  Dan l-irwol jinbidel bejn il-pajjiżi membri skond l-isem tal-pajjiż bl-Ingliż, f’ordni alfabetiku.  Mil-lum, Malta se tkun qed tmexxi din il-Presidenza. Eventwalment il-Presidenza se tgħaddi f’idejn il-Mawritania.  Matul din il-Presidenza, Malta se tippromwovi it-tiftix u s-salvataġġ magħruf aħjar bħala Search and Rescue.
Fost l-oqsma ta’koperazzjoni bejn il-pajjiżi membri, insibu is-sorvelljanza marittima bl-użu tal-Virtual Regional Maritime Traffic Centre (V-RMTC) li tistabilixxi linja komuni permezz tal-Internet li ttejjeb dak li huwa magħruf bħala  Recognized Maritime Picture (RMP) fost il-pajjiżi membri tal-5+5, bl-għan li titjieb is-sigurta’ tat-traffiku marittimu fir-reġjun tal-Mediterran.
Materji oħra ta’koperazzjoni jinkludu il-kontribuzzjoni tal-Forzi Armati għall-protezzjoni ċivili waqt xi diżastri naturali gravi, is-sigurta’ fl-arja, kif ukoll it-taħriġ u l-edukazzjoni dwar materji tad-difiża.  L-attivitajiet ivarjaw minn seminars fuq suġġetti partikolari għal eżerċizzji bis-sehem ta’ membri tal-qawwiet militari tal-pajjiżi parteċipanti.
Malta flimkienmal-Italja torganizza ta’ kull sena l-eżerċizzju Canale.  Barra dan uffiċċjali tal-FAM jipparteċipaw fl-attivitajiet permanenti tal-Kulleġġ tad-Difiża tal-5+5, fiċ-Ċentru Euro-Maghreb għal studji ta’ riċerka strateġika, kif ukoll fiċ-Ċentru ta’ Taħriġ dwar it-tindif tal-mini.

DOI - 17.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow