Stqarrija mill-Ministeru għall-Politika Soċjali
PR0853
17/05/2009
| Il-Gvern | ser jibqa’ jżomm ruħu miftuħ għal konċiljazzjoni biex ikun hemm qbil fuq is-servizz tas-saħħa primarju li għandu jingħata fil-kuntest tar-riżorsi li għandu u li jista’ jalloka. |
| Il-Gvern ser | jibqa’ jżomm ruħu miftuħ għal konċiljazzjoni biex ikun hemm qbil fuq is-servizz tas-saħħa primarju li għandu jingħata fil-kuntest tar-riżorsi li għandu u li jista’ jalloka. |
| Irid jingħad li | jekk hemm rieda tajba iż-żewġ partijiet iridu jersqu lejn il-mejda tan-negozjati mingħajr prekondizzjonijiet u aktar u aktar, mingħajr azzjonijiet industrijali fis-seħħ. Il-Gvern lest jagħmel dan u lest li ma jpoġġix fl-azzjoni l-pjan tiegħu minn għada kif kien ippjanat. |
| Il-MAM trid | tispjega għaliex qed tinsisti biex l-membri taghha “jaħdmu” bil-lejl fejn ikun hemm kuntatt ma’ pazjent wieħed kull sagħtejn u jingħatax servizz bejn is-1.00pm u t-8.00pm fejn ikun hemm kuntatt ta’ madwar 5 pazjenti kull siegħa. Dan hu l-kapriċċ li semma l-Ministru u dan ma jistax jitqies ta’ benefiċċju akbar għall-pazjent. |
| Dwar l-arranġementi | mal-privat biex jingħata servizz li ma nistgħux nagħtu aħna, din hi prerogattiva tal-Management u dawn qed isiru skond il-parametri u r-regoli finanzjarji tal-Gvern li huma fis-seħħ. |
DOI - 17.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984