IL-PRESIDENT GEORGE ABELA F’LAQGĦA MA’ PERSUNI B’DIŻABILITA’ FIL-PALAZZ IL-BELT
PR0851
16/05/2009
| “L-impenn tiegħi huwa li nwassal messaġġ li | kulħadd għandu postu fis-soċjeta’ tagħna” - Dan qalu l-President George Abela meta dalgħodu ltaqa’ ma’ persuni b’diżabilita’ waqt laqgħa fil-Palazz il-Belt, li ġiet organizzata bl-għajnuna tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’diżabilita’. |
| Il-President Abela sema’ b’interess id-diversi | temi li tqajmu mill-istess persuni b’diżabilita’ waqt id-diskorsi: l-edukazzjoni li tista’ twassal għal kwalita’ ta’ ħajja aħjar, sehemhom fid-dinja tax-xogħol u l-importanza tat-teknoloġija fil-ħajja tal-persuni b’diżabilita’. Omm persuna b’diżabilita’ tkellmet ukoll dwar it-tħassib tagħha fuq il-futur tat-tifel tagħha. |
| Il-President Abela irrimarka li llum fis-Sala | tat-Tron fil-Palazz, Sala li fiha saru diskorsi minn kapijiet ta’ stat, saru diskorsi importanti ħafna minn dawn il-persuni b’diżabilita’. Permezz tal-laqgħa għandna nifhmu d-diffikultajiet li dawn il-persuni jiltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum għandna fuq kollox nirrispettaw id-dinjita’ ta’ kull persuna hi min hi. Il-President żied jgħid li għaddej proċess sabiex l-ewwel post vakanti fl-Uffiċċju tal-President jimtela’ minn persuna b’diżabilita’. Il-President Abela qal li permezz ta’ entitajiet bħal MEUSAC jistgħu jinġiebu fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex jiffinanzjaw apparat teknoloġiku li jiffaċilita l-ħajja tal-persuni b’diżabilita’. |
| Il-President Abela, li kien ukoll akkumpanjat | mis-Sinjura Abela, stqarr li filwaqt li kien ta’ pjaċir għalih jiltaqa’ ma’ dawn il-persuni u qed iħares ‘il quddiem sabiex laqgħa bħal din terġa’ ssir f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Dan anke sabiex tingħata l-opportunita’ lil oħrajn li xtaqu jattendu. Il-President u s-Sinjura Abela irringrazzjaw lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ u l-helpers kif ukoll lis-Supretendent tar-Residenza San Vincenz de Paule, Dott. Ronald Fiorentino u x-xufiera tal-vannijiet li pprovdew it-trasport tar-residenza għal min kellu bżonn. Mingħajr l-għajnuna tagħhom din il-laqgħa ma setgħetx tkun suċċess. |
| L-attivita’ ta’ dalgħodu fil-Palazz il-Belt, li | huwa aċċessibli għal persuni b’diżabilita’, bdiet b’guided tours imħejjija apposta bil-għajnuna tal-Heritage Malta, liema għajnuna kienet ukoll apprezzata mill-President George Abela. Wara l-laqgħa, l-President u s-Sinjura Abela tkellmu iktar mill-viċin ma’ dawk preżenti u semgħu l-ideat u l-ħsibijiet tagħhom, anke dawk personali. |
| Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll is-Sur Joe | Camilleri, Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ u s-Sinjorina Vickie Gauci li hija Principal Senior Occupational Therapist. |
Issegwu d-diskorsi li saru minn persuni b’diżabilita’
u minn omm persuna b’diżabilita……
DOI – 16.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984