Diskors ta’ l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici, Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern waqt Seminar organizzat mill-Proġett Impenn bit-tema “Il-Futur: Fil-Familja” - Sala Robert Samut, Floriana - Il-Gimgħa, 15 ta’ Mejju 2009
| Eċċellenza, | Onor. Marie Louise Coleiro Preca Sinjuri distinti. |
| L-ewwelnett, ninsab grat li ġejt mistieden għal | din l-attività u għalhekk irrid nirringrazzja lil Proġett Impenn ta’ dak kollu li għamlet sabiex dan is-Seminar isir. |
| Ma hemmx dubju li dan huwa suġġett interessanti | u kumpless. Għandna soċjetà li qegħda tikber u taġixxi f’fatturi u ambjent kompletament differenti li, terġa’, ma’ kull sena qed ikompli jibdel il-karatteristiċi tiegħu. Pajjiżna llum huwa ferm iktar popolat minn qabel, miftuħ għall-irjieħat tal-ideat u li għandu quddiemu opportunitajiet li qabel ma kienx hemm. |
| Żgur mhux forsi, għall-ewwel darba għandek | sitwazzjoni fejn id-differenza bejn ir-realtà u l-perċezzjoni tagħha qegħda tikber ferm. Il-mezzi verament abbundanti ta’ stazzjonijiet tat-televiżjoni, tar-radju u tal-gazzetti tagħna fuq din il-gżira jagħtu huma wkoll is-sehem attiv tagħhom fuq naħa jew oħra tal-munita: verità u apparenza. Illum, każ solitarju jew sitwazzjoni eċċezzjonali jistgħu jiġu mkabbra u mogħtija l-viżjoni li huma r-regola. |
| Sfortunatament, ix-xenarju tal-familja, | tal-għaqda bejn ir-raġel u l-mara, huma wkoll miftuħa għal dan l-impatt. Numru ta’ drabi, min irid janalizza jrid ifittex il-ħin kollu li jimposta l-argumenti tiegħu fuq il-fatti, fuq dik li hija r-realtà u mhux il-perċezzjoni tagħha. X’qiegħed jirriżulta? Kemm hemm żwiġijiet ċelebrati f’kull sena, kemm hemm każijiet ta’ persuni li mhux biss jibdew il-proċess ta’ separazzjoni, iżda li jispiċċawh? Fuq dawn wieħed jista’ jiċċaqlaq sabiex jipprepara l-linja ta’ ħidma li l-Istat Malti għandu d-dmir li jieħu. |
| Il-pajjiż tagħna baqa’ jżomm il-valur | tal-familja, ta’ l-għaqda bejn mara u raġel f’ċerimonja ta’ żwieġ, bħala wieħed għoli. Dan huwa fattur ta’ stabilità naturali fil-bniedem li għandu jibqa’ jiġi sostnut b’intelliġenza u b’għarfien għar-realtajiet li l-ħin kollu jiżviluppaw, daqqa naħa u daqqa oħra. Hemm illum numru ikbar ta’ familji li daħlu fl-għatba tal-Qorti, dan m’hemmx dubju dwaru, però hija żbaljata l-perċezzjoni li din iż-żieda hija sinjal ta’ tkissir irrevokabbli taż-żwieġ bħala fattur kontinwu u karatteristika tas-soċjetà tagħna. Il-figuri li għandna għad-disposizzjoni tagħna jindikaw li għalkemm hemm numru ta’ talbiet għas-separazzjoni, dawn il-figuri ma splodewx. Il-fatti jindikaw b’mod ċar li ż-żwieġ għadu b’saħħtu fil-komunità Maltija, però hemm bżonn ta’ iktar impenn, ta’ iktar programmi diretti sabiex tfiehem x’inhuwa ż-żwieġ qabel u li tassisti aħjar wara għal dawk li jsibu d-diffikultajiet temporanji jew permanenti. |
| L-inkwiet fis-soċjetà mexxa sabiex ġew preparati | numru ta’ rapporti marbuta ma’ kunċetti kompletament differenti ta’ kif wieħed jimpenja ruħu fil-Qrati tagħna. |
| Għal dawn ir-rapporti twieldet, fis-16 ta’ | Diċembru 2003, il-Qorti tal-Familja – magħġuna fuq linji differenti. Minn dik il-ġurnata sa llum, għandna issa esperjenza ta’ ħames snin li wieħed jista’ janalizza, jifhem, jitgħallem minnha u jipprepara ruħu għall-quddiem. Mhux biss, imma din il-linja ta’ ħsieb kompliet issudat bil-liġi li tindirizza l-vjolenza domestika fil-ħitan tal-familja. |
| Il-kunċetti li mexxew din il-bidla kienu | bażikament tlieta: l-ewwel, it-twaqqif ta’ Sezzjoni speċjalizzata li neħħiet terz tax-xogħol fil-Qorti għal fuq żewġ Imħallfin dedikati biss għall-materji ċivili marbuta mal-familja; it-tieni, li ddaħħal il-mekkaniżmu tal-medjazzjoni bħala parti mill-proċess legali għad-disposizzjoni tal-partijiet mingħajr ma nbidel il-kunċett li qabel tiġi ppreżentata kawża għas-separazzjoni jrid ikun hemm l-awtorizzazzjoni ta’ l-istess Qorti; u t-tielet, li ġiet ukoll fis-seħħ Sezzjoni speċjali li tindirizza l-każijiet ta’ natura kriminali marbuta mal-familja. |
| Il-fatti, l-istatistika li għandna | għad-disposizzjoni tagħna juru li t-talbiet sabiex jinbdew il-proċeduri ta’ separazzjoni baqgħu statiċi u konsistenti. Fil-fatt, mis-sena 2004 sas-sena 2008 jidher li l-ammont ta’ każijiet li marru sabiex jibdew il-proċedura ta’ medjazzjoni żammew l-istess livelli mingħajr ma kien hemm xi tkabbir qawwi. |
| It-tieni, il-proċess tal-medjazzjoni għen sabiex | tinbidel il-kultura tal-poplu li ġaladarba tasal il-Qorti, ma hemmx triq oħra salv dik tas-separazzjoni. Fil-fatt, il-figuri juru li ġew reġistrati s-segwenti: i) fil-ħames snin imsemmija żdied, sena wara sena, in-numru ta’ persuni li għamlu użu mill-proċess tal-medjazzjoni; ii) li l-medjazzjoni pproduċiet għarfien aħjar tar-responsabbiltajiet tal-partijiet u għalhekk kien hemm rata kontinwa ta’ koppji li rrikonċiljaw jew abbandunaw il-proċeduri tas-separazzjoni. Mhux biss, imma kien hemm numru dejjem akbar ta’ persuni li użaw il-medjazzjoni biex jagħmlu kuntratt ta’ separazzjoni “bonarja”; u iii) li l-kawżi ta’ separazzjoni li jispiċċaw preżentati fil-Qorti baqgħu f’rata li nieżla ʹl isfel u mhux tielgħa ʹl fuq. |
| It-tielet, li s-Sezzjoni Kriminali tal-Qorti | tal-Familja rat numru ta’ każijiet li fihom, meta l-partijiet jibdew ma jżommux ma’ l-obbligi tagħhom, speċjalment dawk marbuta mal-manteniment u aċċess għall-ulied, allura hemm Ġudikant wieħed li jieħu ħsieb. Fil-fatt, l-istatistika turi li hemm kwantità ta’ każijiet li ġew deċiżi. |
| Fil-fatt l-istatistika li qegħda hawn tidher, | turi li kull sena jidħlu bejn wieħed u ieħor 682 każijiet ta’ separazzjoni. L-istatistika turi wkoll li madwar 420 każ jiġu konklużi bejn kuntratti ta’ separazzjoni approvati għax jiġu preparati f’kuntratt min-nutar, jew direttament, inkella għax ikunu ġew quddiem il-medjaturi u dawk li jiġu deċiżi kull sena. Anzi jidher li l-medjazzjoni qegħda tikber iktar f’din il-linja għax minn 390 kuntratt li ġew konklużi fil-2004 tlajna għall-533 fl-2008. |
| Hemm ukoll iktar interessati li kull sena qed | jonqsu dawk il-persuni li jistgħu jippreżentaw kawża għax hekk awtorizzati, pero` ma jippreżentawhomx. Għalhekk f’ħames snin minn 1,264 każ li ġew awtorizzati jippreżentaw kawża, kienu 719 li effettivament ipproċedew. Dan jimmerita wkoll attenzjoni meta wieħed jikkonsidra li 446 koppja kkanċellaw jew abbandunaw il-proċeduri f’ħames snin permezz tal-medjazzjoni. |
| Għalhekk effettivament, mit-3,413-il talba għal | separazzjoni f’ħames snin ġew konklużi 1,780 separazzjoni, jiġifieri 52%. Mhux biss. Għalkemm l-istatistika ma tistax titqabbel bil-preċiż, wieħed irid iqabbel dan, l-ewwel mal-figuri li għandna għad-disposizzjoni fuq żewġ livelli. L-ewwel, jekk titqabbel ma’ li f’ħames snin kien hemm 12,238 żwiġijiet ċelebrati f’Malta, is-separazzjonijiet jiġu għal 14.5%. Fit-tieni, jekk titqabbel ma kemm hawn żwiġijiet f’Malta, jiġifieri madwar 96,000, din tinżel għal 2%. Dan żgur li jitlob dejjem riflessjoni u attenzjoni. |
| Però jidher ċar li din l-istatistika turi li | l-Qorti tal-Familja qegħda tgħin direttament sabiex tassisti persuni li jispiccaw f’separazzjoni. Għalkemm dan żgur ma jfissirx li s-sistema hija perfetta imma li hemm bżonn aktar miżuri sabiex tgħin lill-koppji f’diffikultà. Hemm il-bżonn li jkun hemm spjegazzjoni aktar dettaljata ta’ x’jimplika l-proċess sħiħ tal-medjazzjoni qabel ma din tibda sabiex ikun hemm parteċipazzjoni tajba. Mhux biss, imma hemm ukoll il-bżonn li wieħed jara jekk il-kawża għandhiex tkompli ssir fil-pubbliku għax hawn min qiegħed iħoss li m’huwiex jingħata l-attenzjoni li għandu bżonn. |
| Apparti dan hemm l-attenzjoni li l-Istat | iddedika direttament liġi sabiex jibni aħjar it-tweġiba tiegħu għall-każijiet ta’ vjolenza domestika, u t-tieni, li s-Sezzjoni tal-Qorti tal-Familja ddedikat ruħha għall-kawżi ta’ natura kriminali. |
| Illum, il-Qrati Kriminali u Ċivili huma ferm | iktar armati milli kienu qabel sabiex iwieġbu għal każijiet ta’ vjolenza domestika. L-ordnijiet ta’ protezzjoni, dawk ta’ trattament, flimkien ma’ żieda ta’ persuni li huma protetti u ż-żieda ta’ reati u pieni ġodda biddlu x-xenarju. Fil-vjolenza domestika l-Istat, sabiex jipproteġi tajjeb liċ-ċittadin tiegħu, ħa ħsieb li jifrex il-kategoriji u ma jħallihomx biss fuq rapport ta’ żwieġ. Persuni li kellhom il-kunfidenza, li kellhom aċċess faċli għad-dar tal-vittma, sija jekk kienu namrati jew kienu jgħixu flimkien jew jabitaw bħala parti minn rapport estiż, illum qed isibu l-liġijiet u l-pieni tal-pajjiż ferm iktar preparati minn qabel. |
| Ovvjament, mhux kull liġi, mhux kull struttura | tingħata l-istess importanza. Għax irid jingħad li hemm esperjenza oħra li qed tinbena ġewwa l-Qorti tal-Familja fuq dan. Fil-fatt, f’dawn l-aħħar ħames snin dehru 4,814-il każ u ġew deċiżi 4,684 każ li huma wkoll xhieda ta’ kemm saru passi tajba fid-direzzjoni li permezz tagħha s-soċjetà twieġeb għar-realtà li qed tiżviluppa. |
| Dawn il-figuri huma parti mill-esperjenza li | qegħda tinbena ġewwa l-Qorti tal-Familja. Hemm bżonn iktar analiżi u iktar attenzjoni sabiex nindirizzaw sewwa dak li qiegħed iseħħ u fl-istess ħin wieħed iħares ʹil quddiem lejn proposti li jkomplu jgħinu lill-koppja tagħraf x’inhuwa l-valur taż-żwieġ, x’inhuwa s-sehem tagħhom u kif l-Istat jista’ jgħin effettivament biex jissoda u ma jkissirx. |
Hemm iktar x’wieħed jgħid fuq dan is-suġġett. Hemm, per eżempju, l-annullamenti li f’erba’ snin kellna 736 sentenza tiddikjara żwiġijiet nulli, b’770 każ ġdid. Però dan għandna nutilizzawh f’dibattitu iktar wiesgħa. Għal dan il-għan, nipproponi li fix-xhur li ġejjin tiġi organizzata sessjoni iktar fit-tul fejn nidħlu f’dibattitu f’iktar attenzjoni u dettall. Fl-aħħar tal-ġurnata, l-għan tagħna huwa li nagħmlu l-ġid lill-poplu sabiex is-soċjetà tikber fil-valuri u mhux tmur lura minnhom.
Tabella 1 - QORTI TAL-FAMILJA - Każijiet ta’ Separazzjoni
2004 | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | |
| Każijiet Introdotti - Ittri | 673 | 632 | 688 | 664 | 756 |
| Kemm ġew approvati kuntratti preparti min-nutara permezz ta’ nota | 387 | 420 | 330 | 336 | 307 |
| Kemm irrikonċiljaw; Ċedew | 37 | 111 | 100 | 85 | 113 |
| Kemm għamlu ftehim bonarju permezz tal-medjazzjoni | 390 | 590 | 505 | 539 | 533 |
| Kemm kienu awtorizzati jmexxu b’kawża | 198 | 274 | 294 | 269 | 229 |
| Kemm ippreżentaw kawża ta’ separazzjoni | 142 | 149 | 120 | 177 | 131 |
| Numru ta’ kawżi (ċitazzjonijiet) li ġew deċiżi | 77 | 64 | 67 | 63 | 47 |
Tabella 2 - QORTI TAL-FAMILJA (MALTA) - KAMP KRIMINALI
2004 | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | |
| Każijiet Introdotti - Ittri | 673 | 632 | 688 | 664 | 756 |
| Kemm ġew approvati kuntratti preparti min-nutara permezz ta’ nota | 387 | 420 | 330 | 336 | 307 |
| Kemm irrikonċiljaw; Ċedew | 37 | 111 | 100 | 85 | 113 |
| Kemm għamlu ftehim bonarju permezz tal-medjazzjoni | 390 | 590 | 505 | 539 | 533 |
| Kemm kienu awtorizzati jmexxu b’kawża | 198 | 274 | 294 | 269 | 229 |
| Kemm ippreżentaw kawża ta’ separazzjoni | 142 | 149 | 120 | 177 | 131 |
| Numru ta’ kawżi (ċitazzjonijiet) li ġew deċiżi | 77 | 64 | 67 | 63 | 47 |
DOI – 15.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984