Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX INIEDI SKEMA GĦAR-RESTAWR TA’ RDIEDEN TAR-RIĦ

PR0843
Date Icon 15/05/2009
Il-Ministeru għal Għawdex nieda skemagħar-restawr ta’ rdieden tar-riħ, li għandha l-għan li tivvaluta tradizzjoni prattika tal-applikazzjoni tal-użu tal-enerġija rinovabbli. L-iskema ta’ għajnuna għar-restawr ta’ rdieden tar-riħ hija ntiża li tissussidja r-restawr ta’ dan it-tip ta’ rdieden li jinsabu f’għelieqi f’ Għawdex, filwaqt li tippromoviha bħala miżura sostenibbli tradizzjonali li għadha valida ankè llum. Din l-iskema tnehdiet wkoll bħala inizjattiva fil-kuntest tal-viżjoni eko-Għawdex.
Waqtkonferenza tal-aħbarijiet li saret fil-limiti tal-Wied ta’ Marsalforn, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono tat aktar dettalji dwar din l-iskema li ser tkun finanzjata mill-Ministeru għal Għawdex u kkoordinata mid-Dipartiment għal Proġetti u Żvilupp fi ħdan l-istess Ministeru. L-applikanti eliġibbli għal din l-iskema għandhom ikunu residenti Għawdxin li huma jew sidien ta’ proprjeta’ li hija użata għal skopijiet agrikoli jew agro-turistiċi, inkella bdiewa rreġistrati li għandhom art agrikola li hija rreġistrat taħt l-IACS, u li fiha hemm installati dan it-tip ta’ rdieden. L-applikanti li jiġu aċċettati taħt din l-iskema ser ikunu intitolati biex jirċievu għajnuna finanzjarja li tkopri 75% tal-ispejjeż marbuta ma’ xiri ta’ tagħmir u xogħol konness mar-restawr jew tiswija li jwassal biex is-sistema relatata terġa’ tiġi funzjonabbli. L-għotjiet għal kull applikazzjoni  tlaħħaq massimu ta’ €1,000 għal kull sistema.
‘L-użu tal-irdieden tar-riħ huwa wieħedmill-prattiċi tradizzjonali sostenibbli li għadhom validi fiż-żminijiet tal-lum. F’Għawdex huma wkoll valur miżjud  marbut mal-konservazzjoni ta’ l-ambjent rurali tal-gżira.’ Dan qalitu l-Ministru Giovanna Debono waqt it-tnedija ta’ din l-iskema. Hija żiedet tgħid li l-Ministeru għal Għawdex huwa impenjat fit-tfassil ta’ l-istrateġija li ser tagħti direzzjoni biex titwettaq il-viżjoni tal-Gvern li jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika. Saħqet li l-viżjoni Eko-Għawdex għandha l-għan li tikseb miri għolja ta’ żvilupp sostenibbli għall-gżira filwaqt li tassigura li l-wirt tagħha jkun protett. Il-Ministru Debono qalet li l-użu mill-ġdid ta’ rdieden tar-riħ għall-ġenerazzjoni tal-enerġija  f’postijiet agrikoli, hija inizjattiva li timxi f’din id-direzzjoni.

Aktar informazzjoni dwar din l-iskema tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku www.eco-gozo.com jew mill-Ministeru għal Għawdex fuq 22100210 jew 22100261. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu mid-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, mhux aktar tard mill-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju 2009.

DOI – 15.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow