Left arrow Mur Lura

JISSOKTA X-XOGĦOL BIEX PJAZZA SANT’ANNA F’TAS-SLIEMA TINGĦATA LURA LIN-NIES

PR0842
Date Icon 15/05/2009
Funtana Minflok Gabbanafil-Pjazza
Għaddej b’ritmu mgħaġġelix-xogħol fuq Pjazza Sant’Anna, f’Tas-Sliema biex fil-ġimgħat li ġejjin din tkun tlestiet u wara snin sħaħ tingħata lura lin-nies biex igawduha mill-ġdid bħala spazju miftuħ.
Dettalji dwar ix-xogħol ligħaddej, kif ukoll l-aħħar pjanijiet tal-Gvern għal din il-pjazza ngħataw dalgħodu waqt żjara mill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino u mis-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi Jason Azzopardi.  Il-Ministru Pullicino qal li t-tisbiħ ta’ Pjazza Sant’Anna wara li ġiet żgumbrata hija xhieda tar-rieda u l-impenn tal-Gvern li jagħti lura lill-poplu pjazza sabiħa li sservi ta’ pulmun f’żona kummercjali tant popolari bħalma hi Tas-Sliema.  Hu rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi għas-sehem tiegħu fil-process legali biex tintemm l-okkupazzjoni tal-pjazza mill-istrutturi li kien hemm sa ftit tal-gimgħat ilu.
George Pullicino ħabbar lil-Gvern kien immodifika l-pjan tiegħu biex issa fi Pjazza Sant’Anna se ssir funtana oħra u mhux aktar gabbana kif kien maħsub oriġinarjament.  Hu qal li dan qed isir fil-kuntest ta’ ħolqien ta’ spazju miftuħ u li jservi ta’ post ta’ rilassament għal kulħadd.  Pullicino tenna li l-gabbana se tkun inkorporata fil-pjanijiet li qed jitħejjew bħalissa għat-tisbiħ tax-Xatt ta’ Tas-Sliema. Il-Ministru Pullicino qal li t-tisbiħ ta’ Pjazza Sant’Anna hija waħda minn kullana ta’ inizjattivi u proġetti ta’ tisbiħ li għaddejjin fiż-żona kummercjali ta’ Tas-Sliema u pjanat li jkompli fix-xhur li ġejjin.
Il-Ministru Pullicinorringrazzja lill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet li qed iwettqu x-xogħol skont il-programm ta’ ħidma stabbilit biex fi ftit ġimgħat oħra x-xogħol kollu jkun finalizzat.
Min-naħatiegħu s-Segretarju Parlamentari Azzopardi semma kif il-pjazza sa ftit xhur ilu kienet okkupata minn strutturi li ma kienu jixirqu xejn l-ambjent f’din il-pjazza.  Huwa qal li tajjeb li niftakru kif l-iżgumbrar ta’ din il-pjazza ma kinetx xi biċċa xogħol faċli.  Min kien qiegħed jokkupa din il-pjazza fil-fatt ittama f’nuqqas ta’ determinazzjoni min-naħa tal-Gvern, u saħansitra rrikorra għal proċeduri legali biex iwaqqaf milli jsir dan ix-xogħol.  Bħalma jaf kulħadd, il-pjazza ġiet żgumbrata għax il-Qrati taw raġun ‘il Gvern, u lid-Dipartiment tal-Artijiet.
Azzopardiqal li Pjazza Sant’ Anna hija storja oħra ta’ suċċess tad-Dipartiment tal-Artijiet, fejn spazju li qabel kien okkupat issa se jitgawda mill-pubbliku.  Dan imur id f’id mal-ħidma ta’ dan is-Segretarjat biex tingħata iktar art għat-tgawdija tal-pubbliku madwar Malta u Għawdex f’politika ta’ devoluzzjoni għall-ġid tal-lokalitajiet tagħna.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-proġett ta’Pjazza Sant’Anna huwa l-frott ta’ koordinament f’waqtu bejn żewġ Ministeri.  Huwa qal li dan jixhed Gvern koordinat, li minnu jgawdi l-pubbliku kollu.

DOI - 15.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow