Open Day fl-MCAST – vettrina ta’ taħriġ għaż-żgħażagħ
PR0841
15/05/2009
| “Il-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija | (MCAST) qed isservi biex iż-żgħazagh jakkwistaw ħiliet biex jaħdmu u jirnexxu.” Dan qalu Chris Said, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, waqt żjara li għamel fil-Kampus tal-MCAST f’Kordin, biex jara t-tħejjijiet li qed isiru għall-Open Day li se tiġi organizzata nhar il-Ħadd, 17 ta’ Mejju. |
| Il-Prof. Maurice Grech, Principal/CEO | tal-MCAST, laqa’ lil Chris Said u dawru mal-kampus, fejn spjegalu l-attivitajiet li ser jiġu organizzati mill-istudenti tal-Istituti differenti. Il-Prof. Grech stqarr li din hi l-ewwel darba li ser issir Open Day fl-MCAST li magħha qed tiġi abbinata wkoll il-Maratona annwali tax-xagħar u s-sbuħija. |
| Il-Prof Grech | tkellem ukoll dwar l-attivitajiet li se jkunu għaddejjin waqt l-Open Day, li jinkludu xogħlijiet maħduma mill-istudenti tal-Istitut tal-Arti u d-Disinn u proġetti maħduma minn studenti tal-Istitut tal-Inġinerija. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said qal li l-Open Day ta’ nhar il-Ħadd ser isservi bħala opportunità biex il-ġenituri jaraw fejn qed jitħarrġu u jistudjaw uliedhom. Fl-Open Day, l-istudenti li qegħdin fis-sekondarja, iż-żgħażagħ u l-ġenituri tagħhom se jkollhom l-opportunità li jidħlu fl-istituti, fil-laboratorji u fil-workshops u jaraw il-faċilitajiet avvanzati li hemm fl-MCAST, kif ukoll jaraw il-livell għoli ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ li jiġi offrut f’din l-istituzzjoni mill-istaff professjonali li pajjiżna għandu x-xorti li jkollu. |
| Il-Gvern impenjat | biex jipprovdi l-aqwa investiment għall-istudenti. Permezz tal-għajnuna tal-fondi mill-Unjoni Ewropea, diġà ġew approvati 9 proġetti ġodda għall-MCAST, minbarra dawk li diġà saru fl-ewwel 5 snin ta’ sħubija. Dawn il-proġetti approvati jvarjaw minn korsijiet f’oqsma bħall-ICT u l-avjazzjoni għall-facilitajiet ġodda bħalma huma laboratorji u tagħmir ġdid. |
| Il-Gvern se jinvesti €116 miljun fi proġett ta’ | Kampus ġdid. Dan ser jagħti l-opportunità lil aktar studenti biex ikomplu bl-istudji tagħhom. Min iżur l-Open Day nhar il-Ħadd ser ikun jista’ jara l-mudell tal-Kampus il-ġdid tal-MCAST. |
| L-istudenti tal-Istitut tal-Kura fil-Komunità se | jkunu qed joffru diversi servizzi ta’ hairdressing u beauty therapy li d-dħul minnhom se jmur għall-fondi tal-Maratona b’risq id-Djar tat-Tfal. |
| Se jsiru wkoll spezzjonijiet ta’ karrozzi | mill-istudenti tal-Inġinerija Mekkanika filwaqt li l-istudenti tal-Istitut tal-Agribusiness se jkunu qed ibiegħu prodotti maħduma jew kultivati minnhom stess. Id-dħul minn dan se jmur ukoll għall-fond tal-Maratona. |
| L-Open Day se tkun miftuħa mill-10.00 | a.m. sal-5.00 p.m. filwaqt li l-Maratona tibqa’ serja sal-ħdax ta’ bil-lejl. |
DOI – 15.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984