Left arrow Mur Lura

Imnedija żewġ premjijiet favur lokalitajiet sostenibbli

PR0836
Date Icon 15/05/2009
Bħala parti mill-politika tal-Gvern favurLokalitajiet Sostenibbli, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech u s-Segretarju-Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said nedew żewġ inizjattivi li kienu tħabbru fid-diskors tal-budget ghas-sena 2009. Dawn huma l-Local Council Green Challenge Award u l-Local Council Enterprise Support Award Scheme.
Dawniż-żewġ inizjattivi, li għandhom allokazzjoni ta’ €100,000 kull waħda, jgħinu biex jiġi kkreat ambjent aħjar fejn tiġi inċentivata offerta ta’ prodott awtentiku u mtejjeb li jattira kemm lill-Maltin kif ukoll lit-turisti.
Chris Said qal li l-Kunsilli li ser japplikawtaħt xi waħda minn dawn iż-żewġ skemi jridu jidentifikaw inizjattivi li jkunu tnedew bejn Settembru 2007 u Settembru 2009. Dawn l-inizjattivi jridu jkunu għenu biex inċentivaw il-qasam imprenditorjali kif ukoll li jtejbu l-ambjent fiżiku tal-lokalità tagħhom. Permezz tal-inċentivi jridu jkunu mtejba l-aspetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-lokalitajiet, biex dejjem tkompli titwettaq l-istrateġija ta’ lokalitajiet sostenibbli.
Id-dokument ta’ linji gwida jipprovdi d-dettaljidwar il-kriterji li fuqhom jiġu aġġudikati l-proposti li jidħlu.  Xi eżempji ta’ inizjattivi li jassistu l-intrapriżi u dawk favur l-ambjent li ser ikunu eliġibbli għal din l-iskema jinkludu s-sħubija tal-imsieħba soċjali fil-kreazzjoni u żvilupp ta’ inizjattivi fil-komunità, Child-care u Day Centres, u proġetti li l-għan ewlieni tagħhom hu li jipprovdu kwalità ta’ arja aħjar fil-lokalità, u użu ta’ riżorsi rinovabbli, qal Dr. Chris Said.
Il-Ministru Fenech sostna li l-iskop ewlienital-Gvern hu li jinċentiva lill-Kunsilli Lokali biex jagħtu sehemhom f'konformità mal-politika tal-istess Gvern, kemm fuq livell ambjentali kif ukoll fuq livell imprenditorjali f’ħidma sabiex ikollna lokalitajiet sostenibbli.
Tonio Fenech esprima l-apprezzament tiegħu lildawk il-Kunsilli Lokali li juru sens ta’ responsabbilità lejn il-komunità kummerċjali, u qed jimpenjaw rwieħhom sabiex jorganizzaw attivitajiet kummercjali uniċi, u ta’ attrazzjoni għal-lokalità taghom, biex b’hekk mhux biss qed ikunu ta’ servizz lejn il-pubbliku generali, izda qed ikunu ta’ sostenn għall-istess komunità kummerċjali rispettiva tagħhom, u joħolqulhom opportunitajiet ġodda ta’ negozju u kummerċ.
Huwatemm jgħid li l-Gvern kontinwament qed jgħin, jistimola, u joħloq inċentivi ġodda sabiex  ikompli jsaħħaħ l-ekonomija tal-pajjiż, u jara li fil-qasam tal-ambjent u l-intrapriża, jkompli miexi ‘il quddiem, għaliex b’hekk biss niggarantixxu x-xogħol u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi.
Il-premjijiet ser jitħabbru aktar tard matulis-sena, fejn ammont ta’ €40,000 minn kull skema ser jiġu mgħotija lil dak il-Kunsill li permezz tal-inizjattivi tiegħu iqarreb l-aktar lejn il-kriterji msemmija fil-linji gwida. 10 Kunsilli Lokali ser jingħataw ammont ta’ €10,000 kull wieħed, permezz ta’ 5 premjijiet minn kull skema. Il-premji jingħataw lil dawk il-kunsilli lokali fejn ikun intwera biċ-ċar ir-riżultat pożittiv li jkun intlaħaq fil-lokalitajiet rispettivi fuq bażi tal-kriterji msemmija għal dawn l-iskemi.

DOI - 15.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow