AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI ELEZZJONIJIET GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U GĦALL-KUNSILLI LOKALI - 6 TA’ ĠUNJU 2009
PR0835
15/05/2009
| Dokumenti għall-Votazzjoni | Speċjali |
| Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk | il-votanti għall-Elezzjonijiet tal-Membri Parlamentari Ewropej u għall-Kunsilli Lokali li ntilfilhom jew tqattalhom id-dokument għall-votazzjoni wara li rċevewh, u lil dawk li għalkemm isimhom jidher fir-Reġistru Elettorali ta’ April, 2009, rivedut bid-deċizjonijiet tal-Uffiċjal Revizur, ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni minħabba xi raġuni speċjali, inkluz dik li l-Kummissjoni ma kellhiex ir-ritratt tagħhom, illi huma jistgħu jidhru personalment quddiem wieħed mill-Kummissjonarji Elettorali sabiex japplikaw għal dokument għall-votazzjoni speċjali. Il-votant irid jipprezenta l-karta tal-identita’. Il-ġranet u l-ħinijiet ser ikunu kif jidher hawn taħt: |
| mit-Tnejn sas-Sibt | mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m. u; |
mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m.
| nhar ta’ Ħadd: | mid-9.00 a.m. sas-2.00 p.m. |
| nhar | l-Erbgħa 3 ta’ Ġunju, 2009, (l-aħħar jum): |
| għall-Elezzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej: | mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m. u |
| mit-3.00 p.m. sad-9.00 | p.m. |
| għall-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali: | mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m. u |
mit-3.00 p.m. sas-6.00 p.m.
| Dawk il-votanti rreġistrati f’Għawdex u | Kemmuna jistgħu jattendu fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, ir-Rabat, Għawdex, fl-istess ġranet u ħinijiet. |
| Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni, ħadd ma | jkun jista’ jivvota. Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett ċempel fuq in-numru tat-telefon 25583300. |
DOI - 15.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984