Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI ELEZZJONIJIET GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U GĦALL-KUNSILLI LOKALI – 6 TA’ ĠUNJU 2009

PR0834
Date Icon 15/05/2009
Persuni li għadhom ma rċevewx id-dokumentgħall-votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawkil-persuni li isimhom jidher fir-Registru Elettorali tal-Unjoni Ewropeja ppubblikat f’April 2009 u li ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni tagħhom għall-elezzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej kif wkoll lil dawk il-persuni li isimhom jidher fir-Registru Elettorali tal-Kunsilli Lokali ppubblikat f’April 2009 u li ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni tagħhom għall-elezzjonijiet ta’ Kunsilli Lokali, illi huma jistgħu imorru personalment fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal u jieħdu magħhom il-Karta ta’ l-Identita’ biex jieħdu d-dokument għall-votazzjoni tagħhom f’dawn il-ġranet u ħinijiet:

mill-Erbgħa 20 sal-Ħadd 31 ta’ Mejju:

mit-Tnejn sas-Sibt: bejn id-9.00 a.m. us-1.00 p.m. u; bejn it-3.00 p.m. u t-8.00 p.m.
il-Ħadd 24 ta’ Mejju: bejn id-9.00 a.m. us-2.00 p.m.
il-Ħadd 31 ta’ Mejju: bejn it-8.00 a.m. unofsinhar
Fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar id-dokumentijinġabru mill-Għassa tal-Qawra, waqt li fil-lokalitajiet ta’ Iklin, Lija, Marsaskala, Pembroke, Pieta’, Swieqi, Ta’ Xbiex, Fontana u Xewkija, id-dokumenti jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali fl-istess ġranet u ħinijiet. Kull persuna trid tieħu magħha l-Karta tal-Identita’.
Kull votant għandu jkun zgur li jkollu d-dokumentgħall-votazzjoni għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum l-elezzjoni, s-Sibt 6 ta’ Ġunju, 2009.

DOI - 15.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow