Left arrow Mur Lura

OPEN DAY FL-MCAST

PR0832
Date Icon 14/05/2009
Nharil-Ħadd 17 ta’ Mejju l-MCAST se jorganizza Open Day fil-campus ewlieni tiegħu f’Kordin, Raħal Ġdid.  Dakinhar se ssir ukoll il-Hair and Beauty Marathon li l-qligħ minnha se jmur għad-Djar tat-Tfal immexxija mill-Knisja.
L-OpenDay se tkun mill-10.00 a.m. sal-5.00 p.m. filwaqt li l-Maratona tibqa’ serja sa nofs il-lejl.
Miniżur din l-Open Day se jkun jista` jikseb informazzjoni dwar il-korsijiet li jipprovdu kull wieħed mid-disa’ Istituti tal-MCAST, iżur il-faċilitajiet li joffri l-Kulleġġ fosthom laboratorji u l-librerija u jara wkoll ix-xoghol ta` għalliema u studenti fid-diversi istituti tagħhom.  Barra minn dan, dawk l-Istituti li l-faċilitajiet tagħhom ma humiex f’Raħal Ġdid xorta waħda se jkunu rapprezentati waqt din l-Open Day.
Waqtl-Open Day se jkun hemm għall-wiri il-mudell tal-Campus il-ġdid tal-MCAST flimkien ma’ xogħlijiet maħduma mill-istudenti tal-Istitut tal-Arti u d-Disinn u proġetti maħduma minn studenti tal-Istitut tal-Inġinerija.
L-istudenti tal-Istitut tal-Kura fil-Komunita’se jkun qed joffru diversi servizzi ta’ hairdressing u beauty therapy li d-dħul minnhom se jmur għall-fondi tal-Maratona b’risq id-Djar tat-Tfal.  Se jsiru wkoll spezzjonijiet ta’ karrozzi mill-istudenti tal-Inġinerija Mekkanika filwaqt li l-istudenti tal-Istitut tal-Agribusiness se jkunu qed ibiegħu prodotti maħduma jew kultivati minnhom stess; id-dħul minn dan se jmur ukoll għall-fond tal-Maratona.
Bħaladivertiment għall-familja kollha se jkun hemm wirja mis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija, wirja mill-Forzi Armati ta’ Malta u oħra mis-St. John’s Ambulance. Se jkun hemm ukoll żona fejn it-tfal ikunu jistgħu joqogħdu jilagħbu kif ukoll rikbiet fuq il-ħmir. Street Soccer Football Tournament u Wirja ta’ Arti Marzjali se jkunu parti mill-attivitajiet.

DOI - 14.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow