Left arrow Go Back

Lejlet Lapsi, Notte Gozitana, tinkoraġġixxi t-turiżmu domestiku u barrani

PR0831
Date Icon 14/05/2009
Bit-tħejjijiet għall-avveniment kbir – LejletLapsi, Notte Gozitana – li se jittella’ f’Għawdex bejn il-Ġimgħa, 22, u l-Ħadd, 24 ta’ Mejju, jinsabu fl-aqwa tagħhom, il-Ministeru għal Għawdex jisħaq dwar l-importanza li attivitajiet simili għandhom iservu wkoll biex  jintlaħqu livelli aktar għoljin fir-rigward tat-turiżmu domestiku u barrani.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. GiovannaDebono, irreferiet għall-fatt li bis-saħħa ta’ inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex, għall-ewwel darba dan l-avveniment qed jiġi rreklamat ukoll barra minn xtutna. “Avvenimenti bħal Lejlet Lapsi, Notte Gozitana, huma ta’ ġid għal Għawdex għaliex jgħollu isem il-gżira u jpoġġuha  fuq il-mappa bħala destinazzjoni distinta kemm fis-suq domestiku kif ukoll fi swieq  barranin, fl-oqsma turistiċi u kulturali.”
Il-Ministru Debono tat informazzjoni dettaljatadwar il-programm li ġie ppreparat għal dan l-avveniment, li issa ġie finalizzat u ser jibda jitqassam fil-jiem li ġejjin. Minbarra li qed issir kampanja publiċitarja permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni fix-xena lokali, qed issir kampanja ta’ reklamar fuq stazzjon televiżiv fi Sqallija. Uħud mill-istabbilimenti li joffru servizzi ta’ akkomodazzjoni f’Għawdex, ikkollaboraw f’din l-inizjattiva u għamlu offerti vantaġġjużi għal din l-attività. L-istazzjon Taljan ser jibgħat ukoll ġurnalist biex isegwi dan l-avveniment f’Għawdex. Aktar pubbliċità hija mistennija permezz tal-parteċipazzjoni tal-grupp Sqalli, Moonlighters, li kull ma jmur qed iżid fil-popolarità, u li ser jieħdu sehem fl-attività tas-Sibt.
Il-Ministru kompliet tgħid li din il-kampanjapubliċitarja, hija mmirata biex tattira numru akbar ta’ viżitaturi lejn Għawdex mhux biss għal dan l-avveniment, iżda anke wara li Lapsi jkun għadda. “Għawdex huwa attrazzjoni għal matul is-sena kollha u mhux biss fix-xhur tas-sajf”, saħqet il-Ministru Debono. “Dan hu l-messaġġ li qegħdin nikkomunikaw permezz tal-kampanja publiċitarja u huwa messaġġ li hu intenzjonat li jsaħħaħ l-impenn tagħna biex intaffu dejjem aktar l-effetti negattivi ta’ l-istaġjonalità fuq l-industrija turistika f’Għawdex. Fuq kollox din l-inizjattiva qed tittieħed ukoll fil-konfront ta’ l-isfidi li qed jiġu maħluqa mill-kriżi finanzjarja internazzjonali attwali”.
Grazzi għall-koperazzjoni minn għadd ta’entitajiet oħra, mhux biss l-ivvjaġġar lejn Għawdex għandu jkun aktar faċli, iżda wkoll il-koordinazzjoni u l-arranġamenti għall-parkeġġ huma maħsuba li jkunu aġevolati.
Dawk li jixtiequ jużaw it-trasport pubblikujistgħu jgawdu minn żieda fil-vjaġġi mill-Belt saċ-Ċirkewwa u lura għall-prezz ta’ €1.16 kull persuna fil-ħinijiet tard tal-Ġimgħa, 22, u tas-Sibt, 23 ta’ Mejju. Barra żieda ta’ vjaġġi mir-Rabat, Għawdex, lejn lokalitajiet oħra Għawdxin u lura, matul dawn il-jiem, se jkun hemm servizz kontinwu (shuttle) bejn l-Imġarr u r-Rabat.

Vjaġġi bla ħlas fuq il-vapur ta’ Għawdex

Passiġġieri li jivvjaġġaw lejn Għawdex bil-baħaril-Gimgħa, 22 ta’ Mejju, bejn nofs in-nhar u nofs il-lejl, se jagħmlu dan mingħajr ħlas. Anke n-nol għall-karozza u  xufier tnaqqas għal €12. Is-Sibt, passiġġieri li jivvjaġġaw bejn nofs in-nhar u nofs il-lejl iħallsu €1.40 kull persuna waqt li n-nol għal karozza u xufier tnaqqas għal €8.40.
Servizz ta’ park and ride minn imkejjenperiferiċi tar-Rabat lejn iċ-ċentru se jkun offrut matul il-qofol tal-avveniment. Qed isir dak kollu possibbli biex jiġi żgurat l-aħjar ko-ordinazzjoni tat-traffiku u koordinament ġenerali għall-benefiċċju ta’ dawk li se jżuru diversi postijiet madwar il-gżira, l-aktar fir-Rabat.
“Qed isir dak kollu meħtieġ biex dan l-avvenimentjoffri esperjenza unika kemm lil dawk li huma familjari mal-gżira ta’ Għawdex kif ukoll għal dawk li ser ikunu mħajra jaqsmu lejn Għawdex għall-ewwel darba’, temmet tgħid il-Ministru Debono.

Dawk li jixtiequ jaraw il-programm sħiħ ta’ l-attivitajiet jistgħu jagħmlu dan billi jidħlu fuq is-siti elettroniċi www.gozoculture.com jew www.gozo.gov.mt. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb ukoll mil-linja telefonika 2155-6125 jew e-mail info@gozoculture.com.

DOI - 14.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow