AKTAR STUDENTI TAL-UNIVERSITÀ SE JGAWDU MINN FAĊILITAJIET ĠODDA TAL-ICT B’INVESTIMENT TA’ €17.3 MILJUN. AKTAR INVESTIMENT BIEX JINĦOLOQ AKTAR XOGĦOL
PR0830
14/05/2009
| L-istudenti tal-Univesità se jgawdu minn aktar faċilitajiet moderni | u tal-aħħar teknoloġija. Dan qiegħed isir b’investiment ġdid u b’fondi mill-Unjoni Ewropea. L-Università ta’ Malta ġiet mogħtija €17.3 miljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għal proġett ta’ tliet snin li jinvolvi l-bini u t-tlestija ta’ bini ġdid modern għall-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni |
| Ir-realtà tal-impjiegi turi li l-gradwati fl-ICT | huma mfittxija ħafna. Sa minn meta jkunu għadhom fit-tieni sena tal-kors eżistenti tal-B.Sc. IT (Hons) fl-Università ta’ Malta, l-istudenti jkunu diġà qed jiġu impjegati u mwiegħda karigi f’diversi organizzazzjonijiet tal-ICT. |
| Il-bini ġdid mibni minn fondi Ewropej se | jippermetti lill-Fakultà tal-ICT toffri korsijiet ta’ kwalità għolja kemm matul il-ġurnata kif ukoll filgħaxija li jwasslu għall-grad ta’ lawrja u għal-livell ta’ wara l-lawrja, kif ukoll diversi korsijiet ta’ diploma u ta’ taħriġ. L-għan hu li jkun hemm bini għall-Fakultà tal-ICT li jkun jikkontribwixxi għall-infrastruttura tal-għarfien u għall-kapaċità ta’ riċerka fi ħdan l-Università bil-għan li jiġġenera xogħol ġdid fil-qasam tat-teknoloġija u r-riċerka. |
| Ir-Rettur tal-Università l-Professur Juanito | Camilleri, laqa’ lis-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said u żaru s-sit tal-Bini tal-Fakultà tal-ICT fejn inbeda x-xogħol. Is-Segretarju Parlamentari qal, “L-iżvilupp tal-ICT għandu jiġi mħeġġeġ u qed nassiguraw li jkollna r-riżorsi umani mħarrġa u preparati għad-dinja tax-xogħol. Dan jaqbel b’mod ċar mal-politika eżistenti tal-Gvern li qed timmira lejn ħajja ta’ kwalità aħjar, u jirrikonoxxi l-ICT bħala waħda mill-iktar possibbilitajiet ekonomiċi sostanzjali”. Chris Said saħaq ukoll fuq l-importanza ta’ kollaborazzjoni tal-Università mal-industrija u ma’ min iħaddem. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li l-fondi | mill-UE għas-settur tal-Edukazzjoni huma ta’ importanza kbira għal opportunitajiet għall-istudenti. Minn meta l-Universita’ ta’ Malta bdiet tieħu sehem fi proġetti b’fondi mill-UE, l-istudenti bbenefikaw minn 174-il proġett, b’ko-finanzjament ta’ ‘l fuq minn €7m. |
| L-impenn tal-Gvern lejn inizjattivi bħal | SmartCity u SmartIsland urew il-bżonn ta’ numru kbir ta’ gradwati. Il-Prof. Juanito Camilleri kkummenta li l-industrija lokali wriet b’mod stabbli l-bżonn ta’ iktar gradwati fl-ICT; “Bħalissa mill-Università joħorġu bejn 40 u 50 gradwat fis-sena. Permezz tal-Fakultà tal-ICT, l-Università ta’ Malta għandha l-għan li tgħin biex tonqos id-differenza bejn it-talba u l-provvista tal-ICT.” |
| Dan il-proġett jipprovdi l-ambjent tajjeb | għall-kollaborazzjoni effettiva bejn l-Università ta’ Malta u organizzazzjonijiet akkademiċi u kummerċjali oħra. |
| L-ispazju kbir disponibbli (’il fuq minn | 7000m2) għandu jinkludi swali tal-lekċers, kmamar għal-laqgħat, kif ukoll numru kbir ta’ laboratorji għar-riċerka, biżżejjed biex jakkomodaw l-istudenti tal-ICT kemm preżenti kif ukoll futuri, għal numru sostanzjali ta’ snin. Il-binja se tkun attrezzata b’mod mill-aktar ekoloġiku. |
| Il-bini se jkun jikkonsisti f’erba’ livelli u | dak li se jkun iffinanzjat jinkludi: xogħol ta’ bini u xogħol strutturali, inkluż l-iskavar u l-parkeġġ, servizzi tal-elettriku/mekkaniċi, irfinar, għamara u apparat. |
| L-Università ta’ Malta ġiet mogħtija total ta’ | ’l fuq minn €42 miljun f’fondi tal-ERDF u tal-ESF biex jintużaw fi ħmistax-il proġett li jvarjaw minn analiżi tar-riċerka u taħriġ biex jiġu mtejba s-servizzi tal-librerija sa laboratorju tas-supercomputing. |
.../impressjoni artistika tal-Fakultà tal-ICT
(ICT 01,
ICT 02,
ICT03.jpg)
DOI – 14.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984