IL-ĦOLQIEN U S-SALVAGWARDJA TAX-XOGĦOL FIĊ-ĊENTRU TAL-ĦIDMA TAL-GVERN
Waqt diskors matul Konferenza ddedikata għall-SMEs, bit-tema ‘Negozji Żgħar, Ideat Kbar’, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech saħaq li s-salvagwardja u l-ħolqien ta’ impjiegi tibqa’ dejjem fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Gvern. Minkejja ċ-ċokon ta’ kull entità indivdwali, huwa s-settur tan-negozji żgħar u medji li, fit-totalità tiegħu f’Malta, jipprovdi l-akbar numru ta’ impjiegi f’pajjiżna, bi ftit aktar minn 70,000 ħaddiem jew ħaddiema.
Is-sitwazzjoni ekonomika
Il-Ministru Fenech ta wkoll ħarsa lejn il-qagħda ta’ pajjiżna fil-konfront tas-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali u qal li fl-Ewropa kollha, il-pajjiżi qed jaffrontaw sitwazzjonijiet fejn numru dejjem akbar ta’ persuni qed jispiċċaw mingħajr xogħol u kumpaniji jagħlqu l-bibien tagħhom. Dan ifisser li l-Gvernijiet madwar id-dinja qed ikollhom dħul aktar baxx u għalhekk qed jaffrontaw problemi kbar fil-finanzi tagħhom. Bħala eżempju qrib xtutna, huwa semma’ s-sitwazzjoni fi Spanja: 40,000 persuna qiegħda ġdida f’April biss, biex issa r-rata ta’ qgħad hemmhekk telgħet 17.4%.
Ħidma proattiva tal-Gvern
F’pajjiżna, ma kellnix dan l-effett daqstant katastrofiku għaliex il-Gvern kien proattiv u adatta għas-sitwazzjoni. “Għażilna politika aktar individwalizzata għas-setturi u saħansitra għal kumpaniji partikolari. Il-Gvern, minkejja li jibqa’ jżomm l-importanza tas-sostenibbiltà finanzjarja f’moħħu, poġġa l-ħarsien tax-xogħol fuq quddiemnett. Kien għalhekk li ngħatat għajnuna għar-ristrutturazzjoni u investiment lill-kumpaniji fil-bżonn, biex mhux biss jitħarsu l-impjiegi, iżda jingħatalhom bażi soda għall-futur. Dan diġà ħalla riżultati tajbin hekk kif numru ta’ kumpaniji fil-qasam tal-manifattura li kienu qed jippjanaw is-sensji waqfu milli jagħmlu dan u saħansitra se jġibu aktar investiment lejn pajjiżna”, sostna Tonio Fenech.
Impatt usa’
| Il-Ministru Fenech spjega kif | għalkemm intervjena fil-konfront ta’ numru partikolari ta’ kumpaniji li fissret is-salvagwardja ta’ 2,000 impjieg, b’referenza għall-fatt kien hemm minn esprima t-tħassib li l-Gvern għen numru limitat ta’ kumpaniji, huwa fakkar li barra milli wħud minn dawn il-kumpaniji huma SMEs, anke fejn oħrajn mhumiex, dawn xorta huma s-sors tal-għajxien ta’ numru kbir ta’ SMEs li jissuplixxuhom b’numru ta’ prodotti u servizzi. |
| Parteċipazzjoni tajba fl-Iskemi mill-Fondi | tal-UE |
| Waqt l-istess diskors, il-Ministru ħabbar li | kien hemm 212-il applikazzjoni għall-iskemi mħabbra aktar kmieni din is-sena mill-Malta Enterprise, li minnhom 93 huwa kwalifikati biex jibbenefikaw, bl-akbar interess jasal għall-iskemi marbuta mal-kompetittività internazzjonali u l-innovazzjoni. Dwar dan Tonio Fenech ikkument li “Huwa ta’ inkoraġġiment kbir li fis-sitwazzjoni ekonomika preżenti n-negozji Maltin qed iħarsu aktar biex ikunu innovattivi u jaċċessaw swieq barranin.” Mill-ewwel sejħa, dawn l-applikanti se jgawdu aktar minn €6miljun, aktar minn terz tal-budget totali disponibbli. |
| Imħabbra t-tieni sejħa | għall-iskemi |
| Fl-istess waqt, Tonio Fenech ħabbar li llum | fetħet it-tieni sejħa għall-iskemi ffinanzjati mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali, li se jerġgħu jkunu amministrati mill-Malta Enterprise wara l-ewwel sejħa, li kif semma diga’, kienet tant suċċess. |
DOI – 14.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984