Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

PR0822
Date Icon 13/05/2009
Fil-ġimgħat li ġejjin se tinħareġ NotifikaLegali li telenka min hu eleġibbli għall-eko rifużjoni.
Bħal ma ilu jingħad mill-Gvern direttamentlill-korpi kostitwiti, fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern se jkun qed jippublika notifika legali li tistabbilixxi kriterji li fuqhom jiġi stabbilit min hu intitolat għar-rifużjoni tal-eko-kontribuzzjoni. Il-Gvern jixtieq jgħarraf li mhux kull produttur/importatur imsieħeb fil-GreenPak, għandu dritt li jkun eliġibbli għar-rifuzzjonijet mill-eko kontribuzzjoni
Ir-rifużjonijet jitħallsu skond skedapreżentata fl-avviż legali, li jinħareġ bis-saħħa li tagħti l-liġi ta' l-eko-kontribuzzjoni. Din l-iskeda tistabbilixxi l-ammont ta’ rifużjoni skond il-persentaġġ ta’ materjal miġbur u riċiklat. Bħalma diġa' ġie kkomunikat fl-abbozz tal-avviż legali, l-intenzjoni tal-Gvern hi li r-rifużjoni totali tingħata biss jekk l-iskema turi b’mod ċar li 80% tal-materjal ta’ membru partikulari ġie miġbur u riċiklat mhux għas-spejjeż tal-Gvern. Għalhekk, żgur għad iridu jsiru l-audits neċessarji fuq dak li jistgħu jiddikjaraw il-GreenPak u skemi simili.
Fuq il-kwistjoni li saħaq dwarha l-GreenPak,li membri qed ikollhom iħallsu doppjament, irid jingħad li, sal-lum, il-Gvern għadu qed joħroġ mal-€30,000 fix-xahar ħalli jinġabar skart separat. Is-suċċess tal-GreenPak u ta’ skemi bħalha jista’ jitkejjel biss b’kemm l-ispiża rikurrenti tal-Gvern għal dan il-ġbir titnaqqas. Sal-lum għad ma kien hemm l-ebda tnaqqis f’din l-ispiża.
Il-Gvern ifakkar li l-MEPA tawtorizza l-iskemitaħt l-Avviż Legali 277 ta' l-2006, li jimplimenta l-provvedimenti tad-Direttiva 94/62/EC tal-Kummissjoni Ewropea. Din id-Direttiva tagħti l-anqas rati ta' rkupru u riċiklaġġ li għandhom jilħqu l-Istati Membri. L-Istati Membri jinponu dan l-obbligu fuq il-produtturi u l-importaturi ħalli, b’mod kollettiv, jilħqu dawn il-miri għas-spejjeż tagħhom. L-intiża tar-rifużjoni tal-eko-kontribuzzjoni kienet dejjem illi jinġabar aktar materjal għar-riċiklaġġ minn dawn il-miri minimi nazzjonali sabiex tinċentiva dejjem aktar is-separazzjoni tal-iskart. Id-Direttiva ma ssemmi xejn dwar miżuri fiskali, bħal dawk tal-Eko Kontribuzzjoni, peress li dawn il-miżuri jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Istati Membri.
F'Malta, il-mekkaniżmu ta' l-ekokontribuzzjoni ġie introdott permezz tal-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni (Kap 473). L-Artikli 12 u 13 ta' din il-Liġi jiddefinixxu l-kundizzjonijiet li taħthom tkun possibli eżenzjoni jew kreditu. Taħt Artiklu 12 jidher ċar li 'skema awtorizzata' għal dan l-iskop tfisser skema awtorizzata taħt l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni. Din hija awtorizzazzjoni differenti minn dik taħt l-Avviż Legali 277 ta’ l-2006.
Għalhekk, mhux korrett li wieħed jgħid liskemi awtorizzati mill-MEPA huma awtomatikament intitolati għal xi rifużjoni.

DOI – 13.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow