STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
PR0822
13/05/2009
| Fil-ġimgħat li ġejjin se tinħareġ Notifika | Legali li telenka min hu eleġibbli għall-eko rifużjoni. |
| Bħal ma ilu jingħad mill-Gvern direttament | lill-korpi kostitwiti, fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern se jkun qed jippublika notifika legali li tistabbilixxi kriterji li fuqhom jiġi stabbilit min hu intitolat għar-rifużjoni tal-eko-kontribuzzjoni. Il-Gvern jixtieq jgħarraf li mhux kull produttur/importatur imsieħeb fil-GreenPak, għandu dritt li jkun eliġibbli għar-rifuzzjonijet mill-eko kontribuzzjoni |
| Ir-rifużjonijet jitħallsu skond skeda | preżentata fl-avviż legali, li jinħareġ bis-saħħa li tagħti l-liġi ta' l-eko-kontribuzzjoni. Din l-iskeda tistabbilixxi l-ammont ta’ rifużjoni skond il-persentaġġ ta’ materjal miġbur u riċiklat. Bħalma diġa' ġie kkomunikat fl-abbozz tal-avviż legali, l-intenzjoni tal-Gvern hi li r-rifużjoni totali tingħata biss jekk l-iskema turi b’mod ċar li 80% tal-materjal ta’ membru partikulari ġie miġbur u riċiklat mhux għas-spejjeż tal-Gvern. Għalhekk, żgur għad iridu jsiru l-audits neċessarji fuq dak li jistgħu jiddikjaraw il-GreenPak u skemi simili. |
| Fuq il-kwistjoni li saħaq dwarha l-GreenPak, | li membri qed ikollhom iħallsu doppjament, irid jingħad li, sal-lum, il-Gvern għadu qed joħroġ mal-€30,000 fix-xahar ħalli jinġabar skart separat. Is-suċċess tal-GreenPak u ta’ skemi bħalha jista’ jitkejjel biss b’kemm l-ispiża rikurrenti tal-Gvern għal dan il-ġbir titnaqqas. Sal-lum għad ma kien hemm l-ebda tnaqqis f’din l-ispiża. |
| Il-Gvern ifakkar li l-MEPA tawtorizza l-iskemi | taħt l-Avviż Legali 277 ta' l-2006, li jimplimenta l-provvedimenti tad-Direttiva 94/62/EC tal-Kummissjoni Ewropea. Din id-Direttiva tagħti l-anqas rati ta' rkupru u riċiklaġġ li għandhom jilħqu l-Istati Membri. L-Istati Membri jinponu dan l-obbligu fuq il-produtturi u l-importaturi ħalli, b’mod kollettiv, jilħqu dawn il-miri għas-spejjeż tagħhom. L-intiża tar-rifużjoni tal-eko-kontribuzzjoni kienet dejjem illi jinġabar aktar materjal għar-riċiklaġġ minn dawn il-miri minimi nazzjonali sabiex tinċentiva dejjem aktar is-separazzjoni tal-iskart. Id-Direttiva ma ssemmi xejn dwar miżuri fiskali, bħal dawk tal-Eko Kontribuzzjoni, peress li dawn il-miżuri jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Istati Membri. |
| F'Malta, il-mekkaniżmu ta' l-eko | kontribuzzjoni ġie introdott permezz tal-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni (Kap 473). L-Artikli 12 u 13 ta' din il-Liġi jiddefinixxu l-kundizzjonijiet li taħthom tkun possibli eżenzjoni jew kreditu. Taħt Artiklu 12 jidher ċar li 'skema awtorizzata' għal dan l-iskop tfisser skema awtorizzata taħt l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni. Din hija awtorizzazzjoni differenti minn dik taħt l-Avviż Legali 277 ta’ l-2006. |
| Għalhekk, mhux korrett li wieħed jgħid li | skemi awtorizzati mill-MEPA huma awtomatikament intitolati għal xi rifużjoni. |
DOI – 13.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984