Left arrow Mur Lura

Jum ta’ attivitÀ sportiva għall-Anzjani

PR0819
Date Icon 13/05/2009
“Qatt mhu tard biextibqa’ attiv”. Dan kien il-messaġġ prinċipali tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor.  Mario Galea meta ndirizza numru kbir ta’ anzjani waqt attività sportiva fil-Kumpless Sportiv f’Kordin.
Hu qal li hekk kifqed nassistu għal dik li tissejjaħ ir-raba’ età, l-età li fiha l-anzjan jibda jsir aktar dipendenti fuq ħaddieħor, huwa tajjeb li l-anzjan jibqa’ sa fejn hu possibbli attiv. Huwa mportanti li fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum jibqgħu jiġu organizzati attivitajiet li jinvolvu eżerċizzju fiżiku.
Din l-isports daygħall-anzjani ilha tiġi organizzata għal dawn l-aħħar erbatax-il sena. Illum ipparteċipaw ’il fuq minn mitejn anzjan u anzjana li jattendu fis-16-il Ċentru ta’ Matul il-Jum li għandna f’Malta. Il-parteċipanti kkompetew bejniethom fi spirtu ferrieħi.
Is-SegretarjuParlamentari, flimkien mas-Sinjura Catherine Gonzi li attendiet għall-attività, iltaqgħu mal-anzjani u l-carers tagħhom, imma wkoll ma’ numru ta’ tfal minn skejjel differenti li marru fil-post biex jagħtu s-sapport lill-anzjani tar-raħal tagħhom.
DOI -13.05.2009
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow