Left arrow Mur Lura

JASLU MALTA ŻEWĠ ARAZZI TAL-KON KATTIDRAL TA’ SAN ĠWANN LI KIENU RESTAWRATI FIL-BELĠJU

PR0818
Date Icon 13/05/2009
Kmieni l-Erbgħa waranofsinhar waslu Malta żewġ arazzi minn sett ta’ 29 li fil-preżent jinsabu għaddejjin minn proċess ta’ restawr.
Dawn l-arazzi liwaslu Malta fis-sena 1701, kienu rigal tal-Gran Mastru Ramon Perellos li tahom lill-Kon Kattidral ta’ San Ġwann. Iż-żewġ arazzi restawrati huma msejħa “The Triumph of Charity” kif ukoll “The Institution of Jesus Christ”.
F’konferenzatal-aħbarijiet, ftit qabel il-wasla tal-arazzi, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-Isport Clyde Puli, fisser dawn l-arazzi bħala ġojjel imprezzabli għall-Patrimonju Malti. Hu fisser li dan il-proċess ta’ restawr qed isir b’kollaborazzjoni mal-Awtoritajiet Belġjani liema proġett jikkonferma r-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu bejn Malta u l-Beġju.
Hu semma kif il-flusinvestiti f’dan il-proġett se jammontaw għal madwar €1,000,000 u dan minbarra l-għajnuna li qed tingħata mill-gvern Belġjan b’mod partikolari mill-Ministeru għad-Difiża li qed jiffinanzja t-trasport ta’ dawn l-arazzi.
Min-naħa tiegħu PaulAttard, Membru tal-Kunsill tal-Fondazzjoni għall-Kon Kattidral ta’ San Ġwann ta dettalji dwar dawn l-arazzi, li kienu nxtraw 40,000 skud ekwivalenti għal €23,000. Hu fisser kif il-proċess ta’ restawr beda fl-2006 u mistenni li jdum għal perjodu ta’ bejn 8 u 10 snin.
Sa issa kienurestawrati erba’ arazzi, u għada l-Ħamis mistenni li jintbagħtu żewġ arazzi oħra biex jibda l-proċess delikat ta’ restawr.
F’din il-konferenzatal-aħbarijiet tkellem ukoll Yvan Mes De Wit, il-President ta’ ‘De Wit Laboratories’. Hu spjega parti mill-proċess li jsir biex jiġu rrestawrati dawn l-arazzi. Hu fisser is-set tal-Kon Kattidral ta’ San Ġwann bħala sett uniku madwar id-dinja. Dan minħabba l-fatt li s-sett ta’ arazzi għadu sħiħ. Sostna li dawn l-arazzi huma imprezzabli u wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li ntagħżlet il-kumpanija tiegħu biex tmexxi dan il-proċess tant delikat.
Preżentigħall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll l-Ambaxxatur Belġjan għal Malta, Jean Francois Delahaut, li fisser li hu fl-interess tal-Belġju li jara li dan il-Patrimonju jkun mħares u preservat.


DOI – 13.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow