STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-INFRASTRUTTURA. TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
PR0817
13/05/2009
| IT-TENDER GĦAS-SERVIZZ TA’ TRASPORT PUBBLIKU | HU MIFTUĦ GĦAL KULĦADD |
| Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni jirreferi għall-istqarrija ta’ l-Assoċjazzjoni dwar it-Trasport Pubbliku (ATP), li tgħid li l-Gvern irid jeskludiha minn diskussjonijiet dwar ir-riforma. |
| Dan m’hux minnu. Il-Gvern ilu jikkonsulta | madwar sena, ħareġ dokumentazzjoni, organizza konferenza nazzjonali u stieden lil kull min ried jesprimi fehmtu. |
| L-ATP stess ipparteċipat fil-konsultazzjoni | dwar din ir-riforma. Waqt il-konsultazzjoni, l-ATP ressqet l-opinjoni, il-preokkupazzjoni u l-proposti tagħha u dawn ġew eżaminati bir-reqqa. Iżda l-Assoċjazzjoni trid tiftakar li konsultazzjoni ma tfissirx li għandha l-veto fuq ir-riforma. |
| Proċess ta’ tender għal riforma fit-trasport | pubbliku hu miftuħ għal kulħadd, inkluża l-ATP jew dawk mill-membri tagħha li jiddeċiedu li jikkompetu. F’tender kulħadd ikun trattat l-istess mingħajr diskriminazzjoni u jirbħu dak li juri li se jforni l-aħjar servizz għall-aħjar prezz lill-pubbliku Malti u Għawdxi. |
| Bl-ebda mod l-ATP, jew membri tagħha, m’huma | b’xi mod esklużi mill-opportunità li juru li s-servizz li jistgħu joffru huma huwa l-aqwa u bl-aħjar valur għall-flus għall-Maltin u l-Għawdxin. |
| L-ATP taf ukoll illi ma kienx possibli li la | hi, u l-anqas ferghat taghha ma setghu jinghataw direct order tas-servizz għall-10 snin li gejjin, ghax il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea eskludiet il-proposta li kienet saret mill-Gvern bi ftehim mal-ADT. L-ATP ghandha f’idejha ittra f’dan is-sens mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea. |
| Il-Gvern wiegħed lill-ATP li jekk xi ħadd | mis-sidien preżenti ma jibqax jopera fit-trasport pubbliku, jingħata kumpens xieraq. Il-Gvern din il-wegħda se jżommha u l-ATP messha kkonfermat li diġà bdew id-diskussjonijiet magħha dwar dan u waqt li l-Gvern se jaghmel l-almu tieghu biex jikkonkludi dawn id-diskussjonijiet qabel ma jinħareg it-tender irid ikun car li l-Gvern mhux se joqghod ghal xi veto li l-ATP tahseb li ghandha f’dan ir-rigward, billi ttawwal id-diskussjonijiet inutilment. |
DOI – 13.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984