IMNIEDI KTIEB DWAR MIXJIET KULTURALI F’ĦAL TARXIEN
PR0815
13/05/2009
| Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien nieda ktieb | “Ħal Tarxien – Four Walks in a Village of Culture” li qed jippromwovi l-interess fil-folklor tal-lokalità u l-apprezzament lejn il-postijiet storiċi u kulturali ta’ Ħal Tarxien. |
| Dan | il-ktieb jittratta erba’ mixjiet fir-raħal ta’ Ħal Tarxien u jispjega fil-qosor imma b’ċertu dettal, dak li wieħed ikun qed josserva matul it-triq: it-Tempji Neolitiċi, djar u palazzi antiki, niċeċ, arkitettura, knejjes u kappelli, kif ukoll proġetti mill-Kunsill Lokali. Il-ktejjeb jindirizza ukoll it-teżori li jeżistu fil-knisja parrokkjali, altari, u pitturi, fost oħrajn. Fih ukoll Mappa Kulturali li tindika postijiet bħal knejjes, banek, każini tal-banda u sportivi, ġonna, eċċ. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni, Chris Said, waqt it-tnedija ta’ dan il-ktieb, spjega li dan il-proġett qed jiġi assistit mill-iskema ta’ fondi għal attivitajiet kulturali tal-Kunsilli Lokali. Is-Segretarju Parlamentari apprezza l-inizjattiva li ttieħdet mill-Kunsill flimkien mal-Fondazzjoni Din l-Art Ħelwa u appella li kollaborazzjonijiet bejn il-gvern lokali u għaqdiet non-governattivi għandhom jiġu msaħħa. Chris Said faħħar ukoll dan il-proġett għax mhux marbut ma’ attività waħda speċifika, imma jgħin biex tiġi esplorata, b’mod anke individwali, is-sbuħija ta’ dak kollu li toffri din il-lokalità. Il-ktejjeb għandu l-għan ukoll li jippromwovi lil Ħal Tarxien anke mal-barranin li jżuru Malta u li jżid l-ammont ta’ turisti fil-lokalità. Infatti l-proċess ta’ ġabra ta’ storja ta’ diversi postijiet f’dan ir-raħal, li huma ta’ interess storiku u attrazzjoni turistika, ilu għaddej għal dawn l-aħħar sentejn biex finalment seta’ jiġi pubblikat dan il-ktieb. |
| Il-ktieb hu marbut ma’ numru ta’ mixjiet li qed | jiġu organizzati mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien kull l-aħħar Ħadd tax-xahar. Il-mixjiet li jmiss se jsiru fl-aħħar Ħadd ta’ Mejju, kif ukoll fix-xhur ta’ Ottubru, Novembru u Diċembru. |
| Kull | parteċipant, kemm dak lokali u kemm it-turist, li jkun irid jieħu sehem f’dawn il-mixjiet, jingħata dan il-ktieb bi ħlas nominali, biex ikun jista’ jsegwi dak li jkun qed jara madwaru. Kull mixja tispiċċa f’Palazzo Abela, fejn grupp ta’ atturi b’ilbies tradizzjonali Malti jservu ikel u xorb lill-parteċipanti. Ikun hemm ukoll daqq u żfin folkloristiku. |
| Ix-xogħol fuq il-ktieb ġie | kkordinat minn Din l-Art Ħelwa permezz ta’ Victor Rizzo, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsillier Frans Agius. Taw ukoll is-sehem indispensabbli tagħhom il-kittieba Alfred Massa u Joseph A. Farrugia. Ir-ritratti huma kortesija ta’ Mario Aquilina u l-Kunsill Lokali, biex finalment kien ikkompilat il-ktejjeb “Ħal Tarxien – Four Walks in a Village of Culture”. |
DOI – 13.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984