Slielem u għamara oħra ġODDa għalL-bajjiet tagħna
PR0813
12/05/2009
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet | Rurali George Pullicino flimkien mas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu Mario de Marco żaru x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ tal-bajjiet li preżentement qegħdin isiru f’Tas-Sliema. |
| Il-Ministru Pullicino qal li | b’effett minn Marzu ta’ din is-sena l-Beach Cleaning Unit sar parti mir-responsabbiltà tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali. Dan jagħmel sens fid-dawl li l-Ministeru huwa responsabbli mid-Dipartiment tal-Cleansing u għalhekk għandu jkun hemm sinerġija sħiħa u koordinament kontinwu bejn dawn id-dipartimenti. |
| Ma’ din it-Taqsima hemm mas-60 beach cleaner | li huma responsabbli mit-tindif ġenerali tal-bajjiet tagħna kemm dak bl-idejn kif ukoll dawk bil-makkinarju li jinkludi fost oħrajn tindif ta’ ammonti kbar ta’ alka li tkun akkumulat matul ix-xitwa. Il-Ministru Pullicino qal li minn Marzu sal-lum inġabru mal-5,720 tunnellata ta’ alka mill-bajjiet. Hu żied jgħid li se jsiru 200 sett ta’ wheelie bins fejn wieħed ikun ukoll jista’ jarmi l-iskart anki b’mod separat. |
| Il-Ministru Pullicino spjega wkoll kif minn | mindu ngħatat din ir-responsabbiltà, l-ewwel biċċa xogħol kienet li jibdew jitbiddlu u jsir upgrading tas-slielem tal-baħar. Il-slielem il-ġodda li bdew jitwaħħlu ġew modifikati biex ikunu iktar forma ta’ taraġ u mhux sellum wieqaf, kif ukoll bil-pedati tal-injam sabiex in-nies ma jweġġgħux u ma jiżolqux. |
| Dawn huma ferm aktar komdi u żgur jiffaċilitaw | it-tlugħ u l-inżul għal kulħadd b’mod partikolari għal min hu anzjan. B’kollox qed jinbidlu madwar 140 sellum u qed jinżebgħu u jinbidlu mal-50 railing bl-akbar ammonti jkunu fl-inħawi ta’ Wied il-Għajn, Tas-Sliema, u San Pawl il-Baħar. |
| Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, Mario | de Marco qal li għal darb’oħra, il-Gvern qiegħed bil-fatti jinvesti ħin u riżorsi sabiex itejjeb l-infrastruttura fuq il-bajjiet – infrastruttura li hija importanti ħafna fil-kuntest tal-prodott turistiku tagħna. Hu sostna li l-indafa u t-titjib fuq il-bajjiet tagħna jsiru l-ewwel nett għall-Maltin u l-Għawdxin sabiex jitgawdew fis-Sajf f’ambjent nadif u rilassanti; u kif ukoll għat-turisti li jżuruna sabiex dawn isibu l-infrastruttura neċessarja li tippermettilhom jesperjenzaw lil pajjiżna b’mod kemm jista’ jkun totali. |
| “Qegħdin naħdmu wkoll fuq | proġett ta’ titjib sostanzjali f’żewġ kosti partikolari – dik fil-Qawra u Fond Għadir f’Tas-Sliema. Dawn se jsiru minn fondi Ewropej b’valur ta’ kważi €4 miljuni, bl-għan ewlieni tal-proġett huwa li nibqgħu noħolqu titjib fil-prodott turistiku billi nintervjenu f’żoni li huma ta’ konċentrazzjoni turistika imma li se jitgawdew ukoll mill-Maltin. Diġà ħarġu xi sejħiet għall-offerti u nittamaw li l-ħidma tibda wara l-istaġun tas-Sajf,” temm jgħid Dr de Marco. |
DOI – 12.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984