TERMINAT IL-KUNTRATT MAL-KUNTRATTUR RESPONSABBLI MIX-XOGĦLIJIET FUQ IZ-ZUNTIER TA’ SANTA VENERA
PR0811
12/05/2009
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet | Rurali ser jieħu l-passi kollha li tippermetti l-liġi kontra l-kuntrattur li rebaħ it-tender biex jaħdem fuq iz-zuntier ta’ Santa Venera. Dan il-kuntrattur ingħata tender f’Mejju 2008 biex jagħmel xogħol ta’ lavur ta’ ġebel fuq iz-zuntier tal-knisja ta’ Santa Venera, fejn it-Taqsima tax-Xogħlijiet fil-Ministeru kienet qed tagħmel xogħlijiet ta’ tisbiħ li jinkludu bini ta’ uffiċini taħt l-istess zuntier u l-pavimentar taz-zuntier bil-granit, liema xogħol tlesta fiż-żmien previst bħal proġetti l-oħra li l-Ministeru daħal għalihom f’dawn l-aħħar xhur. |
| Ix-xogħol li kellu jagħmel il-kuntrattur | privat kien jikkonsisti fit-twaħħil tal-balavostri mad-dawra taz-zuntier. It-tender gie pubblikat fil-15 t’April 2008 fejn ġiet aċċettata l-offerta ta’ Coralline Stone Malta għas-somma ta’ €20,301.26. Il-letter of acceptance inħarġet lill-kuntrattur fil-21 ta’ Mejju 2008, kellu jibda x-xogħol b’effett mill-24 ta’ Mejju 2008, u skond il-kuntratt li aċċetta li jidħol għalih, kellu jlesti x-xogħol kollu sat-13 ta’ Awwissu, 2008. |
| Dan il-ftehim ma nżammx u wara ħafna laqgħat, | ix-xogħol li kien inbeda jinħadem beda jitpoġġa fuq iz-zuntier fix-xahar ta’ Frar 2009. Sal-lum dan ix-xogħol għadu ma tlestiex b’detriment għall-komunita’ ta’ Santa Venera. Dan in-nuqqas min-naħa tal-kuntrattur ħoloq ukoll inkonvenjent lill-parroċċa matul kull funzjoni li tinżamm f’din il-knisja. |
| Il-Ministeru jtenni li mhux se jippermetti | sitwazzjoni fejn ftehim ma jiġix onorat u jinħoloq inkonvenjent għar-residenti. Ghaldaqstant it-Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi ma fadlilha l-ebda triq oħra ħlief li tittermina l-kuntratt u tieħu passi legali biex il-kuntrattur iħallas għall-penali hekk kif stipulati fit-tender, li jammontaw għal madwar €25,000. |
| Peress li t-Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi | m’għandix riżorsi biex il-lavur jinħadem mill-ħaddiema tal-Gvern, il-Gvern qed jieħu miżuri sabiex iqabbad nies oħra biex dan ix-xogħol jitlesta fl-aqsar żmien possibbli. |
DOI – 12.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984