JIBDEW IL-KORSIJIET GĦAL ASSESSURI DWAR IR-RENDIMENT TAL-BINI DOMESTIKU FL-UŻU EFFIĊJENTI TA’ ENERĠIJA
PR0808
11/05/2009
| Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet | Rurali George Pullicino ippresjeda fl-ewwel sezzjoni tal-korsijiet għal Assessuri tal-bini domestiku. Dawn l-Assessuri se jkunu qegħdin jiċċertifikaw kemm il-binja hija effiċjenti fl-użu tal-enerġija. |
| Il-Ministru Pullicino sostna li dan jorbot | mal-kampanja u l-ħidma tal-Gvern sabiex inkomplu nibdlu l-mentalita’ u l-kultura tagħna u ndaħħlu minflok mentalita’ u kultura li ma tinċentivax il-ħela, filwaqt li tagħraf tiżviluppa effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Il-ħsieb ewlieni wara dawn ir-regolamenti li jippromwovu l-użu effiċjenti tal-enerġija fil-bini, huwa li l-bini jkun diżinjat u mibni bi ħsieb ta’ kif il-binja stess tista’ tnaqqas il-konsum tal-enerġija. |
| Fil-kors, periti u inġiniera qed jitharrgu | fl-użu ta’ software speċjalizzat li permezz tiegħu jkun jista’ jinħareġ iċ-ċertifikat. Dawn se jkunu reġistrati bħala Assessuri mal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi fil-kategorija ta’ Assessuri tar-rendiment tal-Bini Domestiku. |
| Minn | din is-sena s-sidien ta’ kull bini li jinbiegħ jew jinkera ser jkunu obbligati li jkollhom ċertifikat li juri r-rata ta’ effiċjenza fir-rendiment fl-użu ta’ enerġija tal-bini. Dan iċ-ċertifikat irid isir ukoll għal kull bini li għalih jintalab permess ta’ żvilupp mill-MEPA. |
| Dan | iċ-ċertifikat irid ikun provdut sa 60 ġurnata minn meta jintalab mill-Uffiċċju tar-Regolamenti tal-Bini. L-infurzar u l-monitoraġġ ta’ dawn ir-regoli se jkunu implimentati permezz tal-Uffiċċju tar-Regolamenti tal-Bini fit-Taqsima Servizzi fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali. |
DOI – 11.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984