Left arrow Mur Lura

Il-Festa tar-Rebbiegħa f’Ħal Qormi

PR0804
Date Icon 11/05/2009
Nhar il-Ħadd 31ta' Mejju, se tiġi organizzata għall-ewwel darba f'Ħal Qormi l-Festa tar-Rebbiegħa, imsejħa ukoll The Malta Springfest 2009. Din l-attivita` se ġġib flimkien għall-ewwel darba f’Malta 10 wirjiet differenti tal-annimali, bejjiegħa ta' ħaxix u frott, attrazzjonijiet kulturali, tliet esebizzjonijiet ta' fjuri u pjanti mifruxa f’toroq differenti, kif ukoll attrazzjonijiet uniċi għat-tfal u l-familja kollha.
Il-Festa tar-Rebbiegħaqed tittella b’kollaborazzjoni bejn il-Kumitat Festi Esterni u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni, u bil-parteċipazzjoni tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali.
Waqt konferenzastampa fejn ġiet imnedija din l-attività, l-Onor. Chris Said, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni faħħar din l-inizjattiva li qed tara ħidma bejn għaqdiet mhux governattivi fil-lokalità u l-kunsill lokali, u qal li attivitajiet ta’ din ix-xorta, fejn kunsill lokali jingħaqad ma’ għaqda fil-lokal għall-ġid tal-lokalità, għandhom jiġu msaħħa.
Chris Saidaċċenna wkoll li l-iskema ta’ fondi għal attivitajiet kulturali attirat numru sabiħ ta’ proġetti mill-kunsilli lokali, b’27 attività.  Din l-iskema serviet ukoll biex tinċentiva attivitajiet ġodda fil-lokalitajiet, bħalma hi l-festa tar-Rebbiegħa f’Ħal Qormi, sostna Dr Said.
L-attività tal-aħħarĦadd ta’ Mejju se tkun mifruxa mill-Knisja Arċipretali ta’ San Ġorġ għal Triq Santa Katerina, Triq Aniċi, Triq il-Kbira, Triq San Pietru, u Pjazza San Franġisk. Din il-festa tibda’ mill-10.30 a.m. u tibqa’ sejra sas-7 ta' filgħaxija.
Se jkun hemmwirjiet tal-fniek, ħut, rettili, għasafar, annimali mill-Għammieri, fancy poultry, falkuni, klieb u qtates, u anke ħamiem. Fil-Wied se jsir it-tberik taż-żwiemel.
Matul il-ġurnatase jkun hemm fiera kbira fi Pjazza San Franġisk, kant u mużika, stands tal-ikel u ħafna aktar. Fl-istess waqt se jkun hemm daqq ta’ marċi Maltin miż-żewġ baned Qriema – San Ġorġ Martri u Aniċi.
F’din il-ġurnatase jkunu involuti diversi għaqdiet minn Ħal Qormi, fost l-oħrajn l-Iscouts Group, is-Soċjeta tal-MUSEUM li se tagħmel wirja fil-bini tagħha fi Triq Santa Katerina, u l-Qormi Football Club.
Żona partikolarise tkun kollha kemm hi dedikata għat-tfal. Din se jkun fiha kastell, u se jkun hemm ukoll logħob u karattri tat-tfal. Dawn l-istess tfal se jkunu jistghu jirkbu pony li jdawwarhom mat-toroq, bil-ħlas imur direttament għall-kampanja 34U.
L-aspettkulturali ma jonqosx ukoll. Il-Maltin u t-turisti li se jżuru l-Festa tar-Rebbiegħa se jkunu jistgħu jaraw kappelli antiki, toroq li jmorru lura kważi 600 sena, żewġ shelters ta’ żmien il-gwerra, u forn antik li għadu jaħdem bl-istil tradizzjonli. B’rabta ma’ din il-ġurnata l-Kunsill Lokali ħareġ bl-idea tajba li ssir car free day fiċ-ċentru tar-raħal. Dan se jwassal biex Ħal Qormi tassew jiċċelebra fl-arja tar-Rebbiegħa, din il-festa ta’ kultura u tradizzjonijiet.
Barra minn hekk,wara l-31 ta’ Mejju se ssir tree planting day għal dawk kollha li se jaddottaw siġra biex titħawwel f’Ħal Qormi, grazzi għall-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali.

DOI – 11.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow