Teżori ta’ Għawdex mill-Biblioteka Nazzjonali ta’ Malta
PR0799
09/05/2009
| Madwar sebgħin manuskritt, pjanti, tpinġijiet, | inċiżjonijiet u kotba dwar Għawdex mill-Biblioteka Nazzjonali ta’ Malta, bħalissa jinsabu għall-wiri fis-Sala tal-Wirjiet fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex. |
| Il-wirja qed tittella’ bħala parti mill-attivitajiet | li qed isiru f’Għawdex għal Lejlet Lapsi – Notte Gozitana li ser tinżamm bejn it-22 u 24 ta’ Mejju. |
| Id-dokumenti murija f’din il-wirja kollha | għandhom relazzjoni ma’ Għawdex. Il-wirja fiha seba’ taqsimiet li jkopru l-amministrazzjoni, il-Knisja, l-arkeoloġija, l-istorja, il-ħajja ta’ kuljum, id-difiża u l-letteratura. Fost id-dokumenti għall-wiri hemm manuskritti li jaslu sas-seklu ħmistax, korrispondenza ta’ nies magħrufa bħal de Soldanis u l-Arċipriet Saver Cassar kif ukoll dokumenti oħra ta’ natura storika. Il-wirja tinkludi wkoll numru ta’ tpinġijiet li l-parti l-kbira minnhom jitrattaw dwar il-Ġgantija kif ukoll dwar fdalijiet storiċi u naturali li jinstabu f’Għawdex. |
| Waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali ta’ din | il-wirja hija l-kollezzjoni ta’ dsatax-il akwarella ta’ l-artist Charles de Brocktorff li juru t-Tempji tal-Ġgantija u ċ-Ċirku tax-Xagħra immedjatament wara li kienu ġew imnaddfa fil-bidu tas-seklu dsatax. Dawn l-akwarelli li oriġinarjament kienu propjeta tad-Duka ta’ Buckingham kienu ġew akkwistati mill-Biblioteka Nazzjonali fl-1925. Din il-wirja hija l-ewwel okkażjoni fejn dawn l-akwarelli qed jiġu esebiti kollha flimkien għall-pubbliku. Manuskritti oħra esebiti jinkludu l-istorja manuskritta ta’ Għawdex ta’ Agius de Soldanis, il-Kabrew Vilhena li fih ġabra ta’ propjetajiet ta’ l-Ordni f’Malta u Għawdex kif ukoll l-akwarelli ta’ monumenti preistorici f’Għawdex mill-Atlantide ta’ Giorgio Grognet de Vasse l-arkitett tar-Rotunda tal-Mosta. |
| Numru ta’ pjanti juru diversi | fortifikazzjonijiet u proposti għal difiża aħjar tal-gżira ta’ Għawdex matul it-tmexxija ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann kif ukoll il-pjanti oriġinali ta’ l-isptar ta’ San Ġwann Battista mibni fl-1729 fejn illum qed issir il-wirja u li din is-sena jaħbat għeluq il-280 sena mill-inawgurazzjoni tiegħu. |
| Il-wirja qed tittella’ bil-kollaborazzjoni sħiħa | tal-Biblioteka Nazzjonali ta’ Malta |
| Il-wirja tiftaħ kuljum bejn it-8.00am u l-4.30pm | kif ukoll nhar ta’ Sibt u Ħadd bejn id-9.00am u nofsinhar. Il-wirja ser iddum miftuħa sa l-24 ta’ Mejju u dħul huwa b’xejn. Għall-okkażjoni ta’ Lejlet Lapsi – Notte Gozitana, fit-22 u 23 ta’ Mejju, il-wirja ser iddum miftuħa sa nofs il-lejl. |
| Għall-okkażjoni, ġie stampat katalgu li jinkludi | deskrizzjoni qasira dwar kull manuskritt esebit. Il-katalgu jista jinkiseb mill-istess sala tal-wirja. |
DOI - 09.05.09
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984