Left arrow Mur Lura

Riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Ġorġ

PR0798
Date Icon 09/05/2009
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saretdalgħodu fil-Każin Malti l-Belt Valletta, l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żvela l-proġett ta’ tisbiħ ta’ din il-Pjazza ewlenija fil-qalba tal-Belt Kapitali.
Kulħadd jaqbel li hija ħasra li dinil-pjazza prinċipali li tintuża għal funzjonijiet Nazzjonali spiċċat biex bdiet tintuża għall-parkeġġ. Għalhekk wara li l-ħamis li għaddha l-Awtorita’ Maltija għall-iżvillupp u l-ippjanar (MEPA) ħarġet il-permessi meħtieġa, wara l-Festa Nazzjonali tas-7 ta’ Ġunju se jingħata bidu għal dan il-proġett ta’ tisbiħ. Il-ħsieb ewlieni wara d-disinn ta’ din il-pjazza hu li din tingħata ħajja ġdida u terġa tingħata lill pubbliku bħala spazzju miftuħ. Attrazzjoni prinċipali se tkun il-funtana li tirrappreżenta l-funtana antika li kien hemm fl-istess pjazza. Din il-funtana kienet installata meta l-ilma kien imwassal għal-Belt għall-ewwel darba u kien il-punt fejn l-ilma mill-akwedott ta’ Wignacourt kien imwassal.
Dan il-proġett se jkun qedjikkumplimenta l-proġetti kollha li dan il-Gvern qed jembarka fuqhom għal Belt Kapitali tagħna. Ix-xogħlijiet fuq din il-Pjazza huma ppjanati li jkunu lesti sa l-aħħar ta’ Novembru ta’ din is-sena. Dan il-proġett ta’ Pavimentar ta’ din il-pjazza se jsir fuq medda ta’ 4,000 m2  b’użu ta’ materjal naturali bħal ma huwa l-porfido u l-lava. Dan il-proġett huwa stmat li se jiġi jiswa ‘l fuq minn Miljun Ewro.
“Din il-pjazza fiċ-ċentrutal-Belt hemm bżonn li tingħata l-ħajja u tintuża minn nies u mhux mill-karozzi” sostna l-Ministru Pullicino filwaqt li ħabbar ukoll li  bħala parti minn dan il-proġett Triq it-Teatru  ser tiġi wkoll pavimentata bil-lava kif kienet oriġinarjament fuq medda ta’ 1000m2.

DOI - 09.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow