Left arrow Mur Lura

konferenza dwar ‘iż-Żgħażagħ u l-istress’ indirizzata mIll-Onorevoli Clyde Puli Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport

PR0797
Date Icon 09/05/2009
“B’ħidma kollettiva nistgħu intaffu xi ftitil-piż tal-ħajja li qed iġġib dinja kompetittiva bħal dik li qed ngħixu fiha. Permezz tal-ħidma tagħna nistgħu nwasslu biex iż-żogħżija tkun l-aħjar perjodu f’ħajjitna.”
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħu Sport Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza Konferenza bit-tema “Iż-Żgħażagħ u l-istress” li ġiet mtella’ ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu mis-Sedqa, Kummissjoni Djoċeżana Żgħażagħ, Richmond Foundation, Kulleġġ Santa Tereża u l-Valletta Community Network.
Is-SegretarjuParlamentari qal li ż-żmien taż-żogħżija jġib miegħu ħafna deċiżjonijiet, għażliet u kisbiet li jfasslu il-kumplament tal-ħajja. Settur mimli b’daqstant ħajja u enerġija bħal dak taż-żgħażagħ bilfors jgħaddi minn tibdil li jista’ jġib miegħu xi taqlib, li jagħmel iż-żgħażagħ aktar vulnerabbli.
Huwa qal li ż-żminijiettal-lum iġibu magħhom esperjenzi, opportunitajiet u eżiġenzi li biex jintlaħqu b’suċċess jitolbu ħafna sforzi, kemm mentali kif ukoll fiżiċi. Kemm il-formazzjoni edukattiva, il-kuntest familjari, id-divertiment u nuqqas ta’ bilanċ fil-ħajja, jista’ jwassal għal diffikultajiet li jesperjenzaw iż-żgħażagħ.   Għalhekk huwa d-dmir ta’ kulħadd li jikkonsidra l-aspettativi taż-żgħażagħ, l-aspirazzjonijiet tagħhom u l-ansjetà li tinħoloq biex dawn jintlaħqu.
Semma’ wkollil-ħtieġa li jkun hemm bilanċ fl-istil ta’ ħajja. L-introduzjoni tar-riforma fis-settur edukattiv għandha l-għan li minbarra li twassal biex ikun hemm kwalità aħjar fl-edukazzjoni, isservi wkoll biex jonqos l-istress fost it-tfal.
Filwaqt li l-għantal-Gvern huwa wieħed li jikkrea x-xogħol, il-gvern qed jara wkoll li l-investiment attirat lejn pajjiżna huwa wieħed ta’ kwalità u li jħares id-drittijiet tal-ħaddiema. L-introduzzjoni ta’ Child Care Centres kienet miżura biex il-Gvern iressaq id-dinja tax-xogħol ma’ dik tal-familja.
Clyde Puli għalaqbilli saħaq li l-eżerċizzju fiżiku u l-isport iħalli effett pożittiv fil-ħajja taż-żgħażagħ. Għaldaqstant, il-Kunsill Malti għal-Isport qed jistinka biex jilħaq lil kulħadd biex iżid il-parteċipazzjoni b’mod partikolari taż-żgħażagħ f’xi tip ta’ attività fiżika.
Sostna li l-għaqdietu NGOs li jaħdmu maż-żgħażagħ għandhom sehem importanti fejn iż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom u jitrawmu f’ambjent li joffri alternattiva għar-rutina ta’ kuljum.

DOI - 09.05.09

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow