Left arrow Go Back

Il-Gvern impenjat li jkun hemm Child Care Centre f’kull Kulleġġ

PR0794
Date Icon 08/05/2009
Il-mira tal-Gvern hi li jkompli jinkoraġixxil-ftuħ ta’ Child Care Centres u li jkun hemm almenu wieħed minn dawn iċ-Ċentri f’kull wieħed mill-għaxar Kulleġġi Edukattivi f’Malta u Għawdex. Bħalissa diġa’ hemm sitt Ċentri għall-kura u l-ħarsien tat-tfal, hemm ieħor fl-Universita’ u mil-lum wieħed fl-MCAST,  filwaqt li jinsab fi stadju avanzat ix-xogħol biex din is-sena jinfetħu tliet ċentri oħra.
Dan qalitu l-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura,Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina meta dalgħodu inawgurat il-Magic Wonders, Ċentru għall-Ħarsien u Kura tat-tfal fl-MCAST.
Il-Ministru saħqet li l-ftuħ tac-Child CareCentres huma t-twettieq tal-filosofija tal-Gvern li jintroduċi sistemi u mezzi li jikkontribwixxu biex iħajjru aktar nisa jidħlu jew jirritornaw fid-dinja tax-xogħol.  B’dan iċ-Ċentru qed noffru opportunita’ biex lecturers u għalliema tal-MCAST li jkollhom tfal żgħar, ikunu jistgħu jġibuhom f’dan iċ-Ċentru u jkomplu bil-ħidma tagħhom fil-Kulleġġ.
Skop ewlieni ieħor ta’ dawniċ-Ċentri hu l-iżvilupp personali tat-tfal. Hu fatt magħruf u aċċettat li l-edukazzjoni bikrija hi waħda mill-aktar fażijiet importanti u kruċjali fil-ħajja u fl-iżvilupp tal-persuna. Dan iż-żmien huwa l-pedament li fuqu jista’ jinbena futur fis-sod ta’ kull tifel u tifla. Aktar mat-tfal tagħna jibdew il-mixja edukattiva tagħhom minn kmieni f’ambjent ta’ ħarsien u kura, aktar se ngħinuhom fit-triq tal-ħajja tagħhom.
Il-Gvern jemmen li pajjiżnajixraqlu investiment b’saħħtu f’dan il-qasam. Filwaqt li dawn iċ-ċentri jgħinu biex tiżdied ir-rata tan-nisa fl-impjieg, ċentri ta’ kwalita’ huma opportunita’ għal uliedna biex jiżviluppaw b’mod san minn eta’ bikrija. Għaldaqstant il-Gvern huwa impenjat li jiżgura li f’Malta jkun hawn servizz ta’ childcare ta’ kwalita’ li jkun jista’ jilħqu kulħadd.
Il-Ministru qalet li f’dawnl-aħħar snin, biex tingħata aktar importanza lil dan il-qasam, inħoloq l-uffiċċju tar-Regolatur ta’ dan is-servizz. “Għax nemmnu li uliedna ħaqqhom l-aħjar kwalita ta’ servizz, żviluppajna standards għolja għal dawn iċ-Ċentri li abbażi tagħhom tingħata r-reġistrazzjoni. Barra minn dan nedejna numru ta’ skemi u inċentivi f’dan il-qasam,” sostniet il-Ministru.
Matul is-sitt snin li għaddew,il-Gvern investa b’mod konkret fiċ-ċentri ta’ kwalita' ta’ ħarsien tul il-jum għat-tfal ċkejknin b’għajnuna finanzjarja u professjonali liċ-ċentri privati kif ukoll billi fetaħ ċentri tiegħu.
Ir-responsabbilita’ ta’ dawniċ-ċentri, flimkien maċ-Ċentri SmartKids, issa għaddiet taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni. Dan għaliex il-viżjoni tagħna hi li għandu jkun hemm aktar koordinament u aktar sinerġija bejn dawn iċ-ċentri u l-kindergartens u mbagħad is-snin tal-edukazzjoni obbligatorja. B’hekk il-Gvern ikun qiegħed jiżgura li jagħti lit-tfal l-opportunita’ li jiżviluppaw il-ħiliet bażiċi meħtieġa permezz ta’ programmi ta’ kwalita’ ta’ educare u li t-transizzjoni minn din il-fażi għall-fażijiet l-oħra edukattivi ssir mingħajr skossi kemm jista’ jkun.
Dan il-Gvern wiegħed li, bisħubija mal-privat u l-volontarjat, titwaqqaf xibka ta’ Ċentri għall-Ħarsien tat-Tfal f’kull naħa ta’ Malta u Għawdex li jħaddmu servizz mibni fuq il-kunċett ta’ educare. Dan qed inwettquħ.  Aktar kmieni din is-sena infetħu 3 ċentri tal-Gvern, bi sħubija mal-privat, fil-Għargħur, f’Ħal-Luqa u f’Raħal Ġdid. Tnejn minn dawn iċ-ċentri nfetħu proprju fil-bini tal-iskejjel primarji tal-lokal. Dan minbarra ċ-ċentri SmartKids li għandna fil-bini tal-Aċċess tal-Cottonera, u f’Birkirkara. Hemm Ċentru ieħor fl-Universita. Bħalissa qed isir xogħol li jinsab fi stadju avanzat għal ftuħ ta’ Ċentri oħra fis-Siggiewi, Pembroke, il-Qawra u fil-Junior College.
Is-sena li għaddiet inħolqu 125post ġdid għal tfal biex jattendu child care centres.  Din is-sena, bil-ftuħ ta’ Smartkids Qawra, u c-child care centres fi skejjel statali ta’ Pembroke u s-Siġġiewi se nkattru n-numru bi 180 post ieħor.
Il-politika li se nadottaw hi li f’daniċ-Ċentru, l-ewwel preferenza tingħata lit-tfal ta’ studenti li jattendu dan il-Kulleġġ.  Hi realta’ li għandna numru ta’ studenti li huma ġenituri u li kienu qed ikunu kostretti jwaqqfu l-istudji tagħhom meta jkollhom it-tfal.  B’din il-faċilita’, l-interruzzjoni tal-istudju se tkun ħafna anqas.
It-tieni preferenza tingħata lil tfalta’għalliema fil-kulleġġ li jkollhom tfal żgħar.  Jekk l-ispazju jkun jippermetti imbagħad ikunu aċċettati tfal ta’ persuni li ma għandhom ebda konnessjoni mal-MCAST, fosthom nies mill-komunita’ fil-qrib kif ukoll oħrajn li jaħdmu fil-qasam industrjali ta’ Kordin.
Dan iċ-Ċentru li qed jingħata l-isem ta’ “MagicWonders”, inbena u kien attrezzat b’fondi miksuba mill-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti u sewa aktar minn €150,000.
Studenti u membri tal-istaff tal-MCAST ligħandhom tfal sa tliet snin se jkollhom l-opportunita’ li jħallu ‘l uliedhom fil-kura ta’ nies kwalifikati.  B’hekk ikun qed jibbenefika anke l-MCAST għax ikun qed iżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fost l-istaff tiegħu u jkun qed itejjeb il-politika tiegħu ta’ opportunitajiet indaqs.  Dan is-servizz għandu jgħin ukoll biex ikun hemm bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja.
Iċ-Ċentru għandu spazju ta’ 400 metru kwadru ujista’ jieħu sa 25 tifel jew tifla fl-istess waqt.  Huwa mgħammar b’dak kollu meħtieġ għall-kura tat-tfal, għandu l-arja kundizzjonata,  u kmamar separati skond l-eta’ tat-tfal u spazju arjuż fuq barra fejn it-tfal jistgħu jilgħabu bla periklu.  Il-faċilitajiet edukattivi u ta’ rikereazzjoni huma disinjati biex joffru l-akbar sigurta’ lit-tfal.
Il-Ministru Cristina temmettgħid li l-mira tal-Gvern hi li matul is-snin li ġejjin, ikun hemm almenu childcare centre wieħed f’kull wieħed mill-għaxar Kulleġġi. Fil-ħames snin li ġejjin, il-Gvern irid jiftaħ aktar ċentri f’Malta u f’Għawdex li joffru mhux biss ħarsien imma programm edukattiv li jgħin fl-iżvilupp tal-ħiliet tagħhom. Għaldaqstant, il-proċess li nbeda bil-ftuħ ta’ dawn iċ-ċentri u qed ikompli l-lum b’dan iċ-ċentru mill-isbaħ, irid jitkompla u ser jitwettaq matul is-snin li ġejjin.
Hi fakkret li nhar il-Ħadd 17ta’ Mejju se jkun hemm Open Day fl-MCAST fejn il-pubbliku jkun jista’ jara l-faċilitajiet u l-korsijiet vokazzjonali li joffri l-MCAST li bbenefika minn ħafna fondi tal-Unjoni Ewropea.

DOI – 08.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow