Stqarrija mill-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern
PR0790
07/05/2009
| Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern jinnota | d-dikjarazzjoni tal-Gvern Taljan li ntlaħaq ftehim illi l-226 immigrant irregolari li kienu salvati l-bieraħ mill-ibħra qrib Lampedusa ittieħdu lura l-Libja. |
| Dan l-iżvilupp huwa wieħed pożittiv, wara li l-bieraħ | il-Gvern Malti reġa’ insista li t-tliet dgħajjes li kienu qed iġorru dawn l-immigranti rregolari kellhom jiġu salvati mill-awtoritajiet Taljani minħabba li kienu ferm aktar qrib il-kosta ta’ Lampedusa, kif fil-fatt ġara aktar tard il-bieraħ. |
| L-iżvilupp huwa wkoll pożittiv, speċjalment meta | wieħed iżomm f’moħħu li l-Gvern sal-bieraħ stess kien għadu qed jinsisti li, aktar milli jargumentaw bejniethom, Malta u l-Italja kellhom jaħdmu flimkien fuq politika komuni biex iwasslu messaġġ ċar lill-Unjoni Ewropea li l-Libja għandha tiġi mgħejjuna bi programm komprensiv biex issolvi l-problemi li għandha f’dan il-qasam. |
| Dan il-punt kien anke ħareġ ċar waqt il-laqgħa | li saret ħmistax ilu bejn il-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici, il-Ministru għall-Intern Taljan Roberto Maroni u l-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jacques Barrot. |
| Dan l-arranġament bejn l-Italja u l-Libja, | flimkien mal-ftehim li ntlaħaq bejn Malta u l-Libja dwar l-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ għandhom iwasslu biex anqas persuni jitilfu ħajjithom waqt il-vjaġġ tagħhom, bit-tama li jaslu fl-Ewropa b’mod illegali. Dan għalhekk jagħti lok għal iktar loġika u raġunar fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni u l-ażil. |
DOI – 07.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984