Left arrow Go Back

Is-sostenibbiltà finanzjarja għadha objettiv importanti, iżda l-priorità huma l-impjiegi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR0789
Date Icon 07/05/2009
“Li pajjiżna jkollu finanzisostenibbli jibqa’ objettiv importanti, iżda l-priorità fil-preżent huma l-impjiegi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin”. Hekk sostna l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, waqt konferenza organizzata mill-Malta Association of Credit Management (MACM).
Il-MinistruFenech spjega li l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali ħalla effett dirett fuq il-finanzi tal-pajjiż, bid-defiċit ta’ pajjiżna li issa laħħaq l-4.7% tal-Prodott Gross Domestiku għall-2009. Barra minn din il-kriżi, kien hemm fatturi ta’ darba, primarjament il-€65 miljun għall-iskemi ta’ rtirar tat-Tarzna, kif ukoll għad-dejn tal-kumpanija li kien assunt mill-Gvern, kif ukoll is-sussidji lill-Enemalta ta’ €45.6 miljun, ‘il fuq minn dak ibbaġitjat biex l-impatt fuq il-konsumatur tal-livelli rekord tal-enerġija, ma jkunx qawwi żżejjed.
Iżda t-tnaqqistar-ritmu ekonomiku madwar id-dinja kollha wkoll qed iħalli l-impatt tiegħu. Riżultat ta’ dan, bosta intrapriżi fl-aħħar xahrejn tal-2008 u l-ewwel xhur tal-2009 ipposponew il-ħlasijiet tagħhom tal-income tax, tal-kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni nazzjonali u ħlasijiet oħrajn, minħabba problemi ta’ cash flow li wasslu biex id-dħul tal-Gvern jonqos b’aktar minn €50m.
Dawn il-fatturikellhom impatt kumulattiv fuq il-budget tal-2008 ta’ €160m u din iċ-ċifra tispjega b’mod sostanzjali d-differenza fil-miri tal-Gvern mir-riżultati miksuba.
Hu meħtieġ lil-prioritajiet fl-użu tal-finanzi pubbliċi jkunu adattati għas-sitwazzjoni attwali, filwaqt li fuq medda twila ta’ żmien, is-sostenibbiltà finanzjarja tkun assigurata. Il-Ministru Tonio Fenech spjega kif il-Gvern, minkejja li jibqa’ jżomm l-importanza tas-sostenibbiltà finanzjarja f’moħħu, poġġa l-ħarsien tax-xogħol fuq quddiem nett.
Kien għalhekk liqed jagħti għajnuna għar-ristrutturazzjoni u investiment lill-kumpaniji fil-bżonn, biex mhux biss jitħarsu l-impjiegi, iżda jingħatalhom bażi soda għall-futur. Dan diġà ħalla riżultati tajbin, hekk kif numru ta’ kumpaniji fil-qasam tal-manifattura li kienu qed jippjanaw is-sensji, waqfu milli jagħmlu dan; u saħansitra se jġibu aktar investiment lejn pajjiżna. Dan wassal biex kienu salvagwardjati mal-2,000 impjieg u kien inkoraġġit investiment ulterjuri ta’ €10m.
Fis-setturtat-turiżmu, tnedew sussidji għat-titjib u l-espansjoni tal-lukandi biex jitjib il-prodott turistiku lokali.
Fl-aħħarnett,il-Ministru Tonio Fenech wera ruħu pożittiv u qal li minkejja d-diffikultajiet kollha, l-impatt fuq pajjiżna, fil-konfront ta’ numru ta’ pajjiżi oħra, kien aktar limitat. Madankollu, għandna nkunu lesti nagħmlu l-isforzi meħtieġa llum, biex ingawdu mill-benefiċċji għada. Il-kisba ta’ riżultati tanġibbli jenħtieġ sforz koordinat u kollettiv minn kulħadd.

DOI – 07.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow