L-INTRAPRIŻI Ż-ŻGĦAR GĦODDA GĦALL-ĦOLQIEN TAX-XOGĦOL: IMNIEDI MANWAL GĦALL-SMEs
PR0788
07/05/2009
| Waqt | żjara madwar Business Convention li qed issir fis-Sit tat-Teatru Rjal fil-Belt Valletta, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech nieda manwal għall-SMEs u għal kull min hu interessat jiftaħ negozju li jispjega x’inhuma l-proċessi biex wieħed jiftaħ negozju inkluż x’permessi u liċenzji huma meħtieġa. Dan il-ktejjeb jagħti wkoll indirizzi u kuntatti utli biex il-proċess ta’ ftuħ u tkabbir ta’ negozju jkun simplifikat kemm jista’ jkun. |
| Il-Ministru Fenech qal li l-għan ta’ din | il-Konvenzjoni huwa li jkompla jintefa’ aktar dawl fuq l-intrapriżi żgħar u medji. F’Malta hawn aktar minn 30,000 minn dawn in-negozji, li qed jirnexxielhom iħaddmu magħhom xejn inqas minn 67,000 impjegat. Il-Konvenzjoni tagħti wkoll iċ-ċans lil min irid jespandi n-negozju tiegħu biex jara l-opportunitajiet li għandu f’dan is-sens. F’dan il-kuntest, il-Ministru appella liż-żgħażagħ biex jikkunsidraw il-prospetti ta’ karriera fin-negozju għaliex din tista’ tkun triq li tagħtihom sodisfazzjonijiet kbar. |
| Tonio Fenech spjega li f’mument fejn id-dinja | kollha qed taffronta sfidi kbar fil-qasam tal-impjiegi, il-ħidma tal-Gvern tibqa’ ffukata biex ikunu mħarsa l-impjiegi u jinħolqu oħrajn ġodda. Din il-ħidma qed issir anke permezz tal-għajnuna għall-SMEs, li huma għodda importanti għall-ħolqien tax-xogħol. Huwa fakkar li din is-sena diġà tħabbru €30m fi skemi differenti li jvarjaw minn appoġġ għall-investiment f’enerġija alternattiva, investiment fir-riċerka u l-IT kif ukoll f’għajnuna biex dawn iħarsu lejn swieq barranin. Aktar skemi kienu se jitħabbru fil-jiem li ġejjin. |
| Il-Konvenzjoni tibqa’ miftuħa sas-Sibt u d-dħul | huwa mingħajr ħlas. Intant, bħala parti mill-attivitajiet tal-SME week, nhar is-Sibt f’Birkirkara se tkun organizzata SME Fest fi Pjazza Sant’Elena, mis-6 ta’ filgħaxija ’l quddiem, fejn se jkun hemm numru ta’ stands ta’ artiġjanat, ikel Malti, monti, snajja’ tradizzjonali, għana, logħob għat-tfal, bejgħ ta’ pjanti u fjuri, marċi. Se jieħdu sehem ukoll Philip Vella u l-grupp Malti Nafra. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984