IMnedija l-Kampanja għat-turiŻmu ‘Apprezza’ bis-sehem ta’ tfal minn diversi skejjel
PR0787
07/05/2009
| Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu | fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru nieda l-kampanja għat-turiżmu ‘APPREZZA’ fil-preżenza tat-tfal li ħadu sehem f’riklam li se jintuża fl-istess kampanja. |
| Is-Segretarju Parlamentari Dr Mario de Marco, | wara li qassam ċertifikati ta’ rikonoxximent lit-tfal għall-kontribut tagħhom, qal li kien verament kburi b’dak li rnexxielhom jagħmlu dawn it-tfal. Huwa għamel referenza għall-fatt li l-idea ta’ din il-kampanja ħarġet mill-Pjan Nazzjonali tat-Turiżmu li l-Gvern fassal sentejn ilu bil-kollaborazzjoni u bis-sehem tal-imsieħba kollha fit-turiżmu. |
| “L-għan aħħari jibqa’ dak li | nkomplu nżidu l-għarfien li aħna bħala Maltin għandu jkollna tal-wirt storiku tagħna u tal-ambjent naturali uniku ta’ pajjiżna. Dan qed isir billi nrawwmu fil-ġenerazzjonijiet iż-żgħar l-interess lejn pajjiżhom stess u kif ukoll billi nispjegawlhom b’mod ċar kif it-turiżmu huwa importanti għal kulħadd u mhux biss dawk li jaħdmu direttament fih,” kompla Dr de Marco. |
| Huwa | żied jgħid li hemm diversi inizjattivi maħsubin bħala parti minn din il-kampanja li qed tiffoka fuq it-tfal u li dan qed isir għaliex ir-riċerka u l-esperjenza urew li t-tfal huma ferm aktar miftuħin sabiex mhux biss jitgħallmu huma, imma wkoll jgħinu sabiex l-adulti jinbidlu għall-aħjar fil-mod kif jitkellmu u jaġixxu. |
| Dr | de Marco temm il-kelmtejn tiegħu billi rringrazzja lit-tfal u l-għalliema tal-Kulleġġ Santa Tereża, Chiswick House School u St Martin’s College talli permezz tagħhom se jitwassal il-messaġġ lit-tfal Maltin u Għawdxin li huma għandhom sehem importanti fl-industrija tat-turiżmu tagħna. |
Ir-riklam qiegħed ukoll online fuq il-website tad-Dipartiment tal-Informazzjoni www.doi.gov.mt u jista’ jiġi aċċessat bil-Malti fuq http://www.doi.gov.mt/EN/islands/mtavideos/mta%20clip%20mt.wmv u bl-Ingliż fuq http://www.doi.gov.mt/EN/islands/mtavideos/mta%20clip%20EN.wmv
Għal aktar informazzjoni dwar il-kampanja għat-Turiżmu ‘APPREZZA’, wieħed jista’ jikkuntattja lit-Taqsima Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru billi jibgħat e.mail lil apprezza.opm@gov.mt
pr0787pdf APPREZZA presentation
DOI – 07.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984