Left arrow Mur Lura

AVVIŻ  MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

PR0785
Date Icon 07/05/2009

ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI  -  6 TA’ ĠUNJU 2009                 

Verifika ta’ kif se jidher l-isem  tal-Kandidat fuq il-Polza tal-Votazzjoni

Il-Kummissjoni  Elettorali tavża  lill-kandidati  li ser jikkontestaw l-elezzjoni għall-Kunsilli Lokali ta’ Mdina, Bormla, Żabbar, Birkirkara, Fgura, Gudja, Għaxaq, Kalkara, Lija, Marsaskala, Mġarr, Msida, Naxxar, Pieta’, Rabat, San Ġwann,  Sliema, Tarxien, Xgħajra u Mtarfa,   illi huma jistgħu jmorru  fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali,   Evans Building,  Misraħ Sant’Jiermu,   l-Belt Valletta,   nhar it-Tnejn 11 ta’ Mejju, 2009,  bejn  id-9.00 a.m.  u  n-12.30 p.m. u bejn is-2.00 p.m. u l-5.00 p.m.  kif  ukoll  nhar  it-Tlieta 12 ta’ Mejju,  2009bejnid-9.00 a.m.  u  n-12.30 p.m. ħalli  jivverifikaw  kif  ser jidher  isimhom fuqil-polza tal-votazzjoni. Il-kandidati ta’ Rabat (Għawdex),  Għarb u Sannat jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’,  28A,  Pjazza San Franġisk, Rabat, Għawdex,  fl-istess jiem u ħinijiet.

Kull talba għal xi oġġezzjoni, żieda, tnaqqis  jew korrezzjoni fuq il-polza tal-votazzjoni għandha tasal bil-miktub għand il-Kummissjoni Elettorali sas-1.00 p.m. tat-Tlieta, 12 ta’ Mejju, 2009.

DOI – 07.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow